Ruma hi waħda mill-ibliet l-aktar ikoniċi u l-aktar vjaġġati fl-Ewropa bi storja antika u rikka. B’taħlita ta’ kulturi minn madwar id-dinja, Ruma għandha kollox. Din il-Belt tirrikjedi ppjanar bir-reqqa għaliex hi mimlija turisti u issa l-biċċa l-kbira tal-attrazzjonijiet ikkrejaw sistema ta’ time-slots għaż-żjarat b’numru limitat ta’ nies li jistgħu jiddaħħlu għal kull time-slot. Filfatt xi attrazzjonijiet lanqas biss għandhom uffiċċju tal-biljetti fiżiku!
Ruma hi wkoll ġenna tal-ikel. Kċina ta’ klassi dinjija, gabbani każwali u pizzez takeaway. Hawn hi l-gwida tagħna jekk int ser tivvjaġġa għal Ruma!
Ruma għandha żewġ ajruporti internazzjonali b’aktar minn 40 miljun passiġġier li jgħaddu mill-belt kull sena. Dawn huma l-ajruport ta’ Leonaro Da Vinci-Fiumicino u Giovan Battista Pastin magħruf aktar bħala ‘Ciampino Airport’. KM Malta Airlines, Ryan Air u ITA Airways joffru titjiriet diretti lejn dawn iż-żewġ ajruporti.
Akkomodazzjoni f’Ruma hi abbundanti. Tant hi abbundanti li jista’ jkun li tħossa diffiċli ħafna li tiddeċiedi liem hi l-aħjar għalik. Il-Mistoqsija li għandek issaqsi hi “X’għandi nikkunsidra qabel nagħżel l-akkomodazzjoni?”
L-aktar punti importanti li għandek tikkunsidra huma:
Minn esperjenza ta’ ħafna li marru Ruma, bħala vjaġġa nirrakomandaw Hotel Gea Di Vulcano , Navona Theatre Hotel, Eccelso Hotel u Hotel Paolo II
Biex tasal mill-ajruport saċ-ċentru ta’ Ruma għandek numru ta’ għażliet.
L-Għażla li tagħmel jiddependi minn ħafna fatturi:
1. Il-prezz.
2. L-ammont ta’ ħin li ser tieħu biex tasal mill-ajruport għal-akkomodazzjoni.
3. Il-Kumdita’.
Ser naqsmu miegħek l-aktar tliet modi komuni li jintużaw biex int tkun tista’ tifhem u tagħżel l-aħjar għazla għalik.
L-Aktar metodu faċli li ma’ jaħliex ħin u li ma’ jkollokx problemi biex iġġor il-bagalji hi ovjament li tibbukja Taxi. Jekk inti tibbukja Taxi minn qabel tkun qiegħed taċċerta ruħek li d-driver ser ikun qiegħed jistenniek fit-terminu tal-‘Arrivals’ u jwaslek quddiem il-bieb tal-lukanda. Żgur u mhux forsi dan hu l-aktar metodu ta’ serħan il-moħħ u ta’ kumdita’.
Bħala vjaġġa nirrakomandaw l-użu ta’ Welcome Pickups. Welcome Pickups hi aġenzija li toffri servizz ta’ Taxi madwar l-Ewropa kollha. Kumpanija serja u li int tista’ isserraħ rasek biex tibda u tispiċċa l-btala tiegħek fuq nota tajba.
Agħfas hawn biex tiskopri kemm tiġi tiswa’ Taxi mill-ajruport għal akkomodazzjoni
Hemm ħafna kumpaniji jamministraw is-servizz tal-karozzi tal-linja bejn Fiumicino u ċ-ċentru tal-belt ta’ Ruma li kollha joffru servizz, prezz u vjaġġ simili.Bħala vjaġġa nirrakomandaw lil Sit Bus. Sit Bus jgħaqqad terminal 3 ma’ Piazza Cavour u Roma Termini. Il-biljett jiswa 6 euro u l-ħinijiet li joperaw huma bejn 08.30AM sa 00.30AM. Tista’ tikseb il-biljett tiegħek minn hawn.
Sadanittant jekk qed tasal fl-Ajruport ta’ Ciampino, tista’ tuża ‘shuttle bus’ offruta ukoll minn Sit Bus. Din tieħdok fiċ-ċentru ta’ Ruma bl-aħħar waqfa tkun fl-istazzjon ta’ Roma Termini. Issib ix-xarabank ladarba toħroġ mis-sala tal-wasliet internazzjonali. Tista’ tikseb il-biljett tiegħek minn hawn.
Tista’ tniżżel il-mappa tal-metro fuq il-mobajl minn hawn
L-aktar funtana famuża fil-kapitali tal-Italja u forsi anke tad-dinja hi il-‘Fontana di Trevi’. Din il-funtana barokka li inbniet fis-seklu 18 hi l-attrazzjoni li dejjem tara fil-lista ta’ ”l-aħjar affarijiet li tagħmel f’Ruma’. Il-punt ta’ referenza hu l-monument li juri lill-alla tal-baħar Nettunu fuq il-karru tiegħu. L-ebda żjara lejn il-Belt ta’ Ruma ma tkun kompluta mingħajr ma titfa’ munita fil-Funtana ta’ Trevi peress li dan ifisser li l-persuna li titfa’ l-munita xi darba se terġa’ lura Ruma l-Italja’.
Attivita
Wieħed mill-bini l-aħjar miżmum minn żmien ir-Rumani huwa l-Pantheon. X’funzjoni kellu l-bini f’dak il-jiem għadha mhix ċara iżda l-Panteon ingħata lill-Papa mill-imperatur Hadrijan fis-sena 608. Il-knisja attwali għandha diversi monumenti funerarji uniċi (fosthom tal-pittur Raphael u ftit rejiet Taljani). Karatteristika unika hi l-koppla kbira u miftuħa (oculus). Biex taċċessa il-Panteon Ruman għandek bżonn tixtri biljetti. Teżisti l-possibilta li takkwista biljett ‘Skip The Line’ li l-prezz hu ta’ €8. Apparti li tidħol mill-ewwel għandek inkluż il-gwida.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Barberini
Din attrazzjoni li m’hemm bżonn l-ebda ħlas biex iżżura.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Flaminio–Piazza del Popolo
Il-Bażilika ta’ San Pietru jew ‘Basilica di San Pietro in Vaticano’ hi ċ-ċentru spiritwali tal-Knisja Kattolika u r-residenza tal-Papa. Il-Bażilika enormi, li tinsab fl-istat indipendenti tal-Belt tal-Vatikan u biswit Pjazza San Pietru inbniet fuq dak li hu maħsub li hu l-qabar ta’ Pietru. Il-Bażilika ta’ San Pietru fiha kapolavuri ta’ Bernini u ‘La Pieta’ ta’ Michelangelo. Tista’ iżżur il-kripti b’148 qabar papali. Ippjana ż-żjara tiegħek f’San Pietru sew qabel.
Nota: Biljetti iridu jinxtraw minn qabel biex tevita’ sijat twal ta’ stennija. Ammont kbir ta’ nies iżuru l-vatikan!
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Ottaviano
Oriġinarjament, il-Kastel Sant’Anġlu kien mausoleum għall-Imperatur Hadrijan. Wara li l-arkanġlu Mikiel deher hawn fis-sena 590 u temm il-pesta, il-Papa Piju II kellu statwa kbira tal-bronż tal-anġli mqiegħda fuq il-kastell. Il-Kastell tal-Anġlu Qaddis kien parti mid-difiżi ta’ Ruma u kien joffri post fejn il-papiet setgħu jieħdu kenn peress li l-Vatikan kien imqabbad miegħu permezz ta’ mina.
Din attrazzjoni li m’hemm bżonn l-ebda ħlas biex iżżura.
Attivita: Esperjenza unika li tiprepara u tagħmel l-ikel inti stess. Permezz ta’ chef li jigwidak tul il-proċess kollhu, inti tkun tista’ tagħmel l-għaġin mill-bidu, timla’ l-pizza b’dak li tixtieq u anke tiprepara xi deżerta!
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Barberini
F’riġlejn il-knisja Franċiża ‘Trinita dei Monti’ jinsabu l-135 tarġa tal-Passi Spanjoli. Ħdejn il-Passi Spanjoli li jinsabu f’Piazza di Spagna issib funtana distintiva minn Pietro Bernini. Il-Passi Spanjoli tas-seklu 18 kibru bħala attrazzjoni popolari minħabba l-fatt li fuq il-quċċata tat-taraġ tara’ veduta mill-isbaħ ta’ Ruma.
Din attrazzjoni li m’hemm bżonn l-ebda ħlas biex iżżura.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Spagna
L-isem ‘Villa Borghese’ jirreferi għall-akbar u l-isbaħ park f’Ruma. F’ħin minnhom, din il-proprjetà kienet tal-kardinal għani ħafna Scipione Borghese u nbniet madwar il-villa bl-istess isem. Mill-1903, ilha fil-pussess tal-muniċipalità ta’ Ruma u sservi bħala park pubbliku. Il-‘Galleria Borghese’ hi mużew li turi l-kollezzjoni kbira tal-arti privata ta’ Borghese. Il-gallerija fiha skulturi u pitturi ta’ artisti bħal Caravaggio, Rubens, Bernini u Leonardo da Vinci.
Irriżerva l-post tiegħek għal Gallerija Villa Borghesey billi takwista’ biljett tad-dħul bil-ħin. Ara u apprezza x- xogħlijiet tal-arti mill-perjodi tar-Rinaxximent, Rumani u Barokk li jinsabu fil-gallerija kollha.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Spagna
Il-Bażilika Papali ta’ Santa Maria Maggiore hi waħda mill-erba’ knejjes papali u hi l-akbar knisja Marjana f’Ruma l-Italja. Il-knisja fuq l-għolja Esquiline hi tas-seklu 5 u għad fiha ħafna mużajk awtentiku waqt li għanda wkoll saqaf tad-deheb distintiv. Jingħad li hemm anke biċċiet tal-injam mill-presepju ta’ Ġesù taħt l-artal.
Ammira t-taħlita ta’ stili arkitettoniċi u s-sinifikat storiku tal-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore li hi l-akbar knisja f’Ruma ddedikata lill-Verġni Marija permezz ta’ Gwida li tispjega’ fid-dettal l-istorja divina ta’ din il-Bażilika.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Roma Termini
Wieħed mill-aktar monumenti notevoli ta’ Ruma, il-monument tal-ewwel re Taljan Vittorio Emanuelle II, jinsab ħdejn il- Piazza Venezia. Il-bini jissejjaħ ukoll ‘Altare della Patria’ – l-artal tal-patrija u jfakkar l-unifikazzjoni tal-Italja. Il-bini abjad kolossali fih ukoll mużew u l-qabar tas-suldat mhux magħruf li hu mgħasses minn żewġ suldati.
Din attrazzjoni li m’hemm bżonn l-ebda ħlas biex iżżura.
Il-bażilika iddedikata lill-Papa Klement I mhijiex waħda mill-aktar knejjes impressjonanti ta’ Ruma mal-ewwel daqqa t’għajn. Dak li jagħmel din il-Bażilika speċjali hu li nbnew diversi bini ta’ knejjes fuq xulxin matul is-sekli. Matul iż-żjara tiegħek, ser ikollok l-opportunità li ssir taf l-istorja tal-knisja permezz ta’ skavi ta’ knisja tar-4 seklu, knisja sigrieta mill-1 seklu u fondazzjonijiet Rumani.
Permezz ta’ Gwida inżel 100 pied fis-sit arkeoloġiku ta’ San Clemente taħt l-art u skopri 2,000 sena ta’ storja waqt li fil-knisja tesplora l-mużajk tad-deheb famuż tas-seklu 12.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Manzoni