Milan tinsab fil-provinċja ta’ Milano fil-punent tar-reġjun tal-Lombardija. Milan hi destinazzjoni popolari għal btala u żgur ser tispiċċa tixtieq issir taf aktar dwar l-arkitettura speċjali ta’ din il-belt, il-moda u l-ikel tajjeb li jipprovdu ħafna ristoranti.
Waqt il-btala fil-belt ta’ Milan ser issib il-kombinazzjoni perfetta ta’ arkitettura Taljana awtentika, bini modern u ħafna attrazzjonijiet oħra. Tħobb iżżur il-bini storiku? Żgur mhux forsi trid iżżur id-Duomo ta’ Milan, il-Castello Sforzesco jew l-Arco della Pace. Ma’ jonqosx l-attrazzjonijiet ewlenin oħra bħall-istadjum ta’ San Siro, it-Teatru alla Scala u l-pittura ta’ Da Vinci ‘L-Aħħar Ċena’ huma affarijiet li m’għandekx titlifhom. Jekk tippreferi l-parti moderna tal-belt, fittex il-proprjetajiet kummerċjali fid-distrett finanzjarju innovattiv Porta Nuova u skopri il-Bosco Verticale. Dawn huma żewġ torrijiet residenzjali fejn ir-residenti flimkien jistgħu jgawdu kważi 9,000 metru kwadru ta’ terrazzin li fuqhom tħawlu kważi 1,000 siġra.
Milan għandha żewġ ajruporti internazzjonali b’aktar minn 70 miljun passiġġier li jgħaddu mill-belt kull sena. Dawn huma l-ajruport ta’ Milan Malpesa, Milan Linate u Milan Bergamo. Tista’ ttir lejn dawn l-ajruporti permezz tal-linji tal-ajru KM Malta Airlines, Ryan Air, EasyJet u ITA Airways.
Biex tasal mill-ajruport għal-lukanda għandek numru ta’ għażliet.
L-Għażla li tagħmel jiddependi minn ħafna fatturi:
1. Il-prezz.
2. L-ammont ta’ ħin li ser tieħu biex tasal mill-ajruport għal-akkomodazzjoni.
3. Il-Kumdita’.
Ser naqsmu miegħek l-aktar tliet modi komuni li jintużaw biex int tkun tista’ tifhem u tagħżel l-aħjar għazla għalik.
L-Aktar metodu faċli li ma’ jaħliex ħin u li ma’ jkollokx problemi biex iġġor il-bagalji hi ovjament li tibbukja Taxi. Jekk inti tibbukja Taxi minn qabel tkun qiegħed taċċerta ruħek li d-driver ser ikun qiegħed jistenniek fit-terminu tal-‘Arrivals’ u jwaslek quddiem il-bieb tal-lukanda. Żgur u mhux forsi dan hu l-aktar metodu ta’ serħan il-moħħ u ta’ kumdita’.
Bħala vjaġġa nirrakomandaw l-użu ta’ Welcome Pickups. Welcome Pickups hi aġenzija li toffri servizz ta’ Taxi madwar l-Ewropa kollha. Kumpanija serja u li int tista’ isserraħ rasek biex tibda u tispiċċa l-btala tiegħek fuq nota tajba.
Agħfas hawn biex tiskopri kemm tiġi tiswa’ Taxi mill-ajruport għal akkomodazzjoni
Il-Malpensa Express huwa servizz ferrovjarju tal-ajruport li jgħaqqad il-belt ta’ Milan mal-Ajruport ta’ Malpensa. Trenord topera is-servizz Malpensa Express.
Il-ferrovija Malpensa Express tasal u titlaq mill-istazzjon ta’ taħt l-art tat-Terminal 1 f’livell -1u fl-istazzjon tal-metro tat-Terminal 2. Il-Vjaġġ b’permezz tal-ferrovija ‘Malpensa Express’ tieħu madwar sija u twaslek fl-istazzjon ta’ Milano Centrale.
Hemm ħafna kumpaniji jamministraw is-servizz tax-xarabank bejn l-ajruport ta’ Malpensa / Milan Linate / Bergamo u ċ-ċentru tal-belt ta’ Milan bi prezz. Gawdi trasferiment veloċi, sikur u konvenjenti bix-xarabank bejn l-Ajruport ta’ Malpensa u l-belt ta’ Milan. Ivjaġġa abbord xarabank komda u bl-arja kondizzjonata u għabbi il-bagalji tiegħek mingħajr ħlas żejjed. Jekk it-titjira tiegħek tittardja, il-biljetti tiegħek huma validi għal kull xarabank li tluq ikunu fl-istess ġurnata li inti ibbukkjat.
Tista’ tniżżel il-mappa tal-metro fuq il-mobajl minn hawn
Il-Katidral ta’ Milan (Duomo di Milano bit-Taljan) jinsab fi Piazza del Duomo li hu ċ-ċentru storiku u l-aħjar punt tat-tluq għal żjara f’Milan.
Il-kostruzzjoni tal-Katidral ta’ Milan bdiet fl-1386 u ħadet kważi 500 sena. Kien lest taħt l-ordni ta’ Napuljun Bonaparte li assolutament ried li jkun inkurunat bħala re tal-Italja hemmhekk. Din il-meravilja arkitettonika hi t-tielet l-akbar katidral fid-dinja wara l-Katidral ta’ San Pietru f’Ruma u l-Katidral ta’ Sevilja.
Minn barra tista’ tammira l-faċċata tal-katidral magħmul kompletament minn ġebel minqux perfettament. L-2000 statwa tal-irħam abjad u 136 vleġġa jagħmlu l-katidral sħiħ u impressjonanti. Meta tara l-katidral tifhem b’mod ċar għaliex huwa mlaqqam “il-qanfud tal-irħam”.
Tista’ iżżur ġewwa tal-katidral li fih 5 navati u 52 kolonna li kull waħda tirrappreżenta ġimgħa tas-sena. Tista’ wkoll tammira il-ħġieġ ikkulurit, oqbra ta’ diversi arċisqfijiet u l- kurċifiss magħmul mis-surmast Leonardo Da Vinci nnifsu.
Iżda l-qofol taż-żjara hi l-possibbiltà li tmur fuq it-terrazzin tal-Katidral. Minn hemm fuq, il-veduta ta’ Milan hija lisbaħ. Tista’ tagħżel li titla’ fit-terrazin permezz tat-taraġ jew bil-lift. (Tt-tieni għażla naturalment tkun daqsxejn aktar għalja bħala prezz).
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Duomo
Eżatt barra l-katidral fejn il-Pjazza del Duomo tista’ żżur il-Gallerija Vittorio Emanuele II, attrazzjoni ewlenija oħra f’Milan.
Il-post huwa fotoġeniku u luminuż ħafna li għandu swali enormi u koppla magħmula mill-ħġieġ u l-ħadid. Imlaqqam “Il-kamra tal-għixien”, il-Gallerija hi meqjusa bħala waħda mill-isbaħ fl-Ewropa u għalhekk titlifhiex waqt il-vjaġġ tiegħek lejn Milan.
Ġewwa tista’ ssib xi wħud mill-aktar ħwienet famużi tad-disinjaturi tal-moda fosthom Vuitton u Prada. Żgur li għandek tmur hemm bil-kartiera mimlija jekk tiddeċiedi li tagħmel xi xiri minn hawn.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Duomo
Wara li titlaq minn Piazza del Duomo u timxi tul il-Galleria Vittorio Emanuele ser tasal direttament ġewwa Piazza della Scala. Kif jissuġġerixxi l-isem, f’din il-pjazza tinsab La Scala, id-dar famuża tal-Opra ta’ Milan.
Flimkien mat-Teatru San Carlo f’Napli u l-Fenice f’Venezja, La Scala hi waħda mit-3 teatri l-aktar prestiġjużi tal-Italja.
Hawnhekk inħolqu kapolavuri tal-opra Taljana bħal “Norma” ta’ Vincenzo Bellini jew “Otello” ta’ Verdi. Ukoll ta’ minn isemmi li waħda mill-akbar kantanti klassiċi ta’ kull żmien, Maria Callas, daqqet f’La Scala.
Jekk tixtieq tattendi għal kunċert, wirja ta’ opra jew ballet f’La Scala, tista’ tixtri l-biljetti tiegħek direttament minn fuq il-websajt uffiċjali.
Tista ukoll tgħattendi tour tat-teatru kif ukoll tal-mużew billi tibbukja tour.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Duomo
Se żżur dan il-kastell f’Milan l-Italja biex titgħallem ftit aktar dwar l-istorja tal-belt. Se titgħallem dwar l-influwenza tal-gwerer, familji famużi Taljani, l-kostruzzjoni u r-restawr li saru. Mhux biss il-kastell innifsu jiġbed l-attenzjoni f’termini ta ‘arkitettura pero inti wkoll ser tapprezza l-elementi dekorattivi. F’dan il-kastell jinsabu diversi mużewijiet bħall-Pinakoteka, il-Mużew Eġizzjan u l-Mużew Arkeoloġiku. Hu possibli li tixtri biljett kombinat li jagħtik aċċess għal dawn il-mużewijiet żgħar kollha
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Lanza
Eżatt wara l-kastell Sforza, issib il-pulmun l-aħdar tal-belt. Il-Parco Sempione huwa l-akbar park pubbliku f’Milan u post perfett biex tistrieħ ftit.
Xi bini ta’ min jinnota waqt li ddur Parco Sempione:
Din attrazzjoni li ma’ tagħmel l-ebda ħlas biex iżżura!
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Lanza
Navigli huwa magħruf għall-kanali tiegħu b’ristoranti u bars komdi. Fil-fatt jidher bħallikieku qiegħed bilqiegħda fuq kanal awtentiku. F’dan id-distrett issib ħafna ħwienet żgħar artiġjanali, disinjaturi u artisti li jbigħu xogħolhom permezz tal-istudjo tagħhom. Għal oġġetti antiki,kull l-aħħar Ħadd tax-xahar mur lejn il-Mercatino dell’Usato di Porta Genova fejn issibt antikitajiet u suq. Tinsiex iżżur l-isqaq Vicolo dei Lavandai fejn titgħallem dwar l-istorja tal-akwata.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu P.TA Genova FS
Il-grawnd tal-futbol ta’ San Siro jinsab fil-Punent ta’ Milan fid-distrett ta’ San Siro u hu id-dar taż-żewġ timijiet tal-futbol A.C. Milan u F.C. Internazzionale. Uffiċjalment iġib l-isem Stadio Giuseppe Meazza, iżda dan l-isem ma tantx se tisma’ aktar dwaru. Għall-partitarji taż-żewġ klabbs u l-klabbs tal-futbol infushom il-grawnd hu San Siro. Interessanti wkoll li parti mill-Olimpjadi tax-Xitwa tal-2026 u l-Paralimpiji tax-Xitwa se jsiru fil-grawnd ta’ San Siro. Inti dilettant tal-futbol ta’ wieħed mill-klabbs ta’ Milan? Tinsiex iżżuru qabel ma jitwaqqa’ l-istadium ta’ San Siro.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu San Siro Stadio
Stagħġeb bix-xenarju tal-muntanji madwar Lago di Como fuq żjara gwidata ta’ jum minn Milan. ix-xenarju Mediterranju u Alpin fuq ‘cruise’ tas-sajf lejn Varenna u Bellagio.
Ser tibda l-vjaġġ tiegħek b’xarabank direttament minn Milan għal Como. Ingħaqad mal-gwida tiegħek f’mawra bil-mixi biex tiskopri l-Katidral ta’ Como u ħaġar prezzjuż storiċi oħra. Irkeb fuq d-dgħajsa privata tul il-Lago di Como u isma kummentarju dirett li jenfasizza l-aqwa villel, ġonna u siti oħra.
Inżel f’Varenna, passiġġata fil-kurituri tal-ġebel ta’ dan ir-raħal pittoresk u ħoss is-seħer tat-toroq kwieti tiegħu. Ser tirkep vapur ieħor lejn Bellagio li hu meqjus bħala wieħed mill-isbaħ bliet fir-reġjun u ser tkun tista’ tgawdi sagħtejn ta’ ħin liberu. Irrilassa u duq ikla reġjonali f’wieħed mir-ristoranti lokali.
Il-Panoramic Bernina Express joffri esperjenza unika li żgur mgħandekx titlef. L-ebda konnessjoni ferrovjarja oħra ma tgħaqqad it-tramuntana għan-nofsinhar b’tali mod mill-isbaħ fuq ferroviji b’karozzi panoramiċi b’wiċċ tal-ħġieġ.
Filgħodu, ser titlaq b’xarabank minn Milan Piazza della Repubblica lejn il-belt kożmopolitana ta’ St. Moritz. Mal-wasla, ser ikollok ċans tgawdi l-ħin għad-dispożizzjoni tiegħek għal mixja panoramiċi tul iż-żona fejn ikollok ċans għal xi xiri jew tieklu mnn għand il-ħwienet tal-ikel lokali.
Wara nofsinhar ser tmur lejn l-istazzjon tal-ferrovija u tpoġġi bilqiegħda fil-kabina panoramika li toffri l-Bernina Express.
Din ser tkun waħda mill-aqwa esperjenzi kulturali u naturali tal-ħajja fuq ferrovija li tgħaddi minn mhux inqas minn 55 mina, 196 pont u tindirizza faċilment inklinazzjonijiet sa 70 mm/m tul it-triq.
Ammira l-veduta hekk kif il-ferrovija tivvjaġġa lejn il-muntanji. Ħares bi stennija lejn l-muntanja Morteratsch u l-Kurva Montebello li hi famuża fid-dinja. Il-Vjaġġ ikompli lejn il-lagi ta’ Lago Bianco u Laj Neir sa Alp Gruem. Kif tasal ġewwa Tirano, ser issibu x-xarabank biex tagħmlu il-vjaġġ tar-ritorn lejn Milan b’wasla skedata tard filgħaxija.
Importanti: Minħabba domanda kbira għal dan it-tour, importanti ħafna li tibbukja minn qabel biex tiżgura postok li hu riservat.
Forsi tinkludi l- ajruport ta’ Bergamo li ghalih ukoll hemm coaches minn fejn stazione centrale
Grazzi Marcelle tal-idea tiegħek. Filfatt żidna s-shuttle bus minn Bergamo għaċ-ċentru ta’ Milan.