Merħba fuq il-Websajt vjaġġa.com

Wara ħafna xhur ta’ ħsibijiet u ħidma, ninsabu ferm kuntenti li qegħdin uffiċjalment naqsmu magħkom il-websajt  www.vjagga.com. Ħassejna l-bżonn li ikun hawn websajt bil-Malti fejn inti tkun tista’ tfittex u tikkumpara prezzijiet ta’ titjiriet, lukandi, trasferimenti u biljetti ta’ attrazzjonijiet f’post wieħed. Ħaġa importanti li nixtiequ niċċaraw hi li aħna m’aħniex aġenzija tal-ivjaġġar. Dan ifisser li minn fuq il-websajt tagħna kull oġġett li inti tibbukja, tkun qiegħed tibbukja ma’ Aġenziji li aħna nafdaw u li skont ir-riċerka li għamilna  huma aġenziji li tista’ tafda u li għandom esperjenza f’dan is-settur li hu użat u mfaħħar minn miljuni ta’ individwi li jużaw is-servizz tagħhom.

 

Inħeġġukom isegwu din il-websajt kif ukoll il-pjattaformi tagħna fuq Facebook, Instagram u Tiktok b’mod regolari biex inti dejjem tibqa’ infurmat dwar kollox. 

 

Vjaġġa – skopri x’tista’ toffri d-dinja!

 

2 thoughts on “Merħba fuq il-Websajt vjaġġa.com

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *