Fuq in-naħa tat-Tramuntana tal-baħar Jonju, il-gżira pittoreska ta’ Korfù għandha passat storiku influwenzata mill-kulturi Venezjani, Franċiżi u Ingliżi li sawru l-arkitettura unika tal-gżira. Il-belt pittoreska tagħha, il-villel, il-palazzi, u l-bajjiet mill-isbaħ jagħmlu lil Korfù destinazzjoni ewlenija fil-Punent tal-Greċja.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Korfù “Ioannis Kapodistrias” jirċievi titjiriet minn Ateni, Preveza u Tessaloniki s-sena kollha. Matul l-istaġun turistiku ( Ġunju sa Settembru) jirċievi wkoll titjiriet minn ħafna bliet Ewropej. Din is-sena ser tkun tista’ ttir lejn Korfu b’mod dirett permess tal-linja tal-ajru l-ġdida Universal Air.
Tista’ tibbukja t-titjira minn fuq il-websajt uffiċjali https://www.flyuniversalair.com/en/. Bi prezzijiet vera raġonevoli bejn €70-90 ta’ titjira li tinkludi r-ritorn, bagalja ta’ 15kg u bagalja żgħira ta’ 7kg, bħala vjaġġa nemmnu li din id-destinazzjoni ser tkun waħda popolari mal-Maltin.
Akkomodazzjoni f’Korfu hi abbundanti. Tant hi abbundanti li jista’ jkun li tħossa diffiċli ħafna li tiddeċiedi liem hi l-aħjar għalik. Il-Mistoqsija li għandek issaqsi hi “X’għandi nikkunsidra qabel nagħżel l-akkomodazzjoni?”
L-aktar punti importanti li għandek tikkunsidra huma:
Minn esperjenza ta’ ħafna li marru Korfu, bħala vjaġġa nirrakomandaw Ariti Grand Hotel, Paradise Hotel Corfu, Aloha Hotel Corfu u Molfetta Beach Hotel.
Biex tasal mill-ajruport saċ-ċentru ta’ Korfu għandek numru ta’ għażliet.
L-Għażla li tagħmel jiddependi minn ħafna fatturi:
1. Il-prezz.
2. L-ammont ta’ ħin li ser tieħu biex tasal mill-ajruport għal-akkomodazzjoni.
3. Il-Kumdita’.
Ser naqsmu miegħek l-aktar tliet modi komuni li jintużaw biex int tkun tista’ tifhem u tagħżel l-aħjar għazla għalik.
Il-karozzi tal-linja huma l-aħjar għażla għall-viżitaturi li jixtiequ iduru l-gżira ta’ Korfu mingħajr spejjeż żejda. Jeżistu żewġt tipi ta’ karozzi tal-linja li huma disponibbli f’Korfu: il-karozzi tal-linja tal-belt (kulur blu) u l-karozzi tal-linja intercity (kulur aħdar). Dawn jilħqu l-biċċa l-kbira taż-żoni tal-gżira inklużi l-aktar bajjiet u rħula turistiċi, l-ajruport u l-portijiet. Rotot oħra jiżdiedu mal-iskedi hekk kif joqrob l-istaġun tas-sajf. L-istazzjon ċentrali taż-żewġ tipi ta’ xarabank jinsab fil-Belt ta’ Korfu.
Li jkollok karozza jew mutur jippermetti li tesplora din il-gżira bil-pass tiegħek u jiggarantixxi aċċess għall-postijiet kollha kemm dawk popolari u dawk li huma ftit imwarrba! Importanti li tibbukja l-karozza tal-kiri tiegħek minħabba l-ammont speċjalment matul ix-xhur impenjattivi tas-sajf.
Tista’ tiċċekja u tqabbel il-prezzijiet tal-kiri billi żżur il-paġna https://vjagga.com/kiri-ta-karozza/
L-Aktar metodu faċli li ma’ jaħliex ħin u li ma’ jkollokx problemi biex iġġor il-bagalji hi ovjament li tibbukja Taxi. Jekk inti tibbukja Taxi minn qabel tkun qiegħed taċċerta ruħek li d-driver ser ikun qiegħed jistenniek fit-terminu tal-‘Arrivals’ u jwaslek quddiem il-bieb tal-lukanda. Żgur u mhux forsi dan hu l-aktar metodu ta’ serħan il-moħħ u ta’ kumdita’.
Bħala vjaġġa nirrakomandaw l-użu ta’ Welcome Pickups. Welcome Pickups hi aġenzija li toffri servizz ta’ Taxi madwar l-Ewropa kollha. Kumpanija serja u li int tista’ isserraħ rasek biex tibda u tispiċċa l-btala tiegħek fuq nota tajba.
Agħfas hawn biex tiskopri kemm tiġi tiswa’ Taxi mill-ajruport għal akkomodazzjoni
Il-Bajja Agni hi ġawhra żgħira li għandek iżżur. Dan il-villaġġ storiku tas-sajd hu post sabiħ ħafna biex tesperjenza l-ħajja tal-gżira. Gawdi l-kosta, ħu għaddsa fil-baħar u rrilassa f’waħda mit-tavernas. Jekk tħobb il-frott tal-baħar, din il-bajja hi għalik.
📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/nEW8WBSoYD3LiubK7
It-triq ‘l isfel għal Cape Drastis hi ftit wieqfa, għalhekk suq b’attenzjoni. Ladarba tkun wasalt ser tapprezza kemm dan il-post huwa sabiħ. Importanti li ma’ tinsiex tieħu ftit fliexken tal-ilma miegħek minħabba l-fatt li ftit li xejn hemm ħwienet f’dan il-post żgħir.
📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/ZwuzrunmbuiJj77a8
L-ebda żjara f’Korfu ma hi kompluta mingħajr ma ddur il-Belt ta’ Kerkyra. Kun żgur li ddur madwar il-Wirt Dinji tal-UNESCO li tipproteġi l-belt il-qadima u ara jekk tistax tinnota xi waħda mid-djar storiċi Venezjani li hemm f’din il-belt, l-Istatwa ta ‘Georgios Theotokis, il-Liston, il-Fortizza l-Antika, Pjazza Spilias u l-Knisja ta’ Saint Spyridon (il-qaddis patrun tal-belt).
📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/kcAmy863BaRp2QTy8
Porto Timoni fil-parti tal-majjistral tal-gżira ħdejn il-villaġġ tradizzjonali żgħir ta ‘Afionas tikkonsisti f’żewġ bajjiet differenti iżda ugwalment sbieħ separati minn strixxa ta ‘art li tirriżulta f’formazzjoni unika li tixbah il-bajja tat-tombolo.
Il-mixja ‘l isfel lejn il-bajja ta’ Porto Timoni minn Afionas tikkonsisti minn mixja faċli. It-tlugħ iġibek mal-ġenb tal-irdum b’veduti mill-isbaħ tal-bajja ta’ Agios Georgios u l-ilmijiet blu tagħha fuq ix-xellug tiegħek. Ser timxi ‘l isfel minn mogħdija għal madwar mixja ta’ 25 – 30 minuta.
📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/JV2UvVzNnDSv28Kv8
📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/vbBP957Jq7TpMA1Y9
📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/TaR9AV1S11nSzvaW9
📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/NGgoWnCWhN6pRyaDA
📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/psAZXe4J9hJfgbu87
📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/stFupBGKkaGK7dr7A
Skopri iżjed fuq dan it-tour billi tara jekk baqax biljetti fil-ġranet li tixtieq tmur.