Universal Air hi linja tal-ajru ġdida li ser tibda toffri titjiriet diretti minn Malta lejn 6 destinazzjonijiet dan is-sajf: Ateni, Korfu, Ibiża, Munich, Palermo u Pecs.Il-Flotta ta’ din il-linja tal-ajru tikkonsiti minn ajruplani tal-għamla De Havilland Canada Dash 8 (Dash 8-400) li fihom jirkbu massimu ta’ 90 passiġġier f’kabina li hi mqasma żewġt seats ħdejn kull tieqa u l-‘isle’ vojt.
Universal Airlines qed tippjana li toffri servizz tal-klassi ‘economy premium’ bi prezzijiet baxxi. L-iskop hu li bħala linja tal-ajru tkun fit-triq tan-nofs meta tiġi kkumparata ma’ linji tal-ajru tal-baġit u operaturi aktar għoljin.
Ma’ kull biljett li jinxatara, awtomatikament il-passiġġier għandu allokat bagalja ta’ 15kg (Check In Bag) u bagalja ta’ 7kg li tista’ tittella fuq l-ajruplan. Filwaqt li jixtiequ jkunu kompetittivi ma’ l-inji tal-ajru oħra billi jżommu l-prezz baxx, dan xorta ser jiġi ikkumplimentat minn servizz professjonali.
Żur il-website uffiċjali tagħhom https://www.flyuniversalair.com/en/ għal aktar informazzjoni.
Bħala Vjaġġa nieħdu din l-opportunita u nawguraw kull suċċess lil din il-linja tal-ajru.