Il-Kumpanija tal-ajru Hellofly flimkien ma’ Luxwing ser jipprovdu titjiriet diretti lejn il-gżira ta’ Lampedusa u l-Belt ta’ Palermo ġewwa Sqallija.
Vjaġġa kkuntatjat lil kumpanija Hellofly biex tiskopri iżjed dwar dan is-servizz ġdid li qegħda toffri din il-kumpanija. Giusy Sciortino li hu l-amministratur ta’ Hellofly qal “L-iskop ta’ Hellofly hi biex toffri lil vjaġġaturi Maltin kif ukoll barranin iżjed konnettivita bejn Malta u l-Italja”.
It-Titjira Malta – Lampedusa tibda topera kull nhar ta’ Ġimgħa mit-28 ta’ Ġunju sa’ 4 ta’ Ottubru. Il-Ħin tat-titjira ser ikunu hekk: Tluq minn Malta: 8:00AM, Tluq minn Lampedusa: 8:00PM. Dan ifisser li wieħed jista’ jmur iqatta’ ġurnata ġewwa Lampedusa u fl-aħħar tal-ġurnata ikun qiegħed lura d-dar.
It-Titjira Malta – Palermo tibda topera kull nhar ta’ Ħamis u Ħadd mill-24 t’April sa’ 4 t’Ottubru. Il-Ħin tat-titjiriet ser ikunu hekk:
Kull nhar ta’ Ħamis: Tluq minn Malta: 4:15PM, Tluq minn Palermo 5:45PM
Kull nhar ta’ Ħadd: Tluq minn Malta: 8:00PM, Tluq minn Palermo 9:40PM
It-tip ta’ biljett hu bażiku u fil-prezz għandek inkluż it-titjira, basket żgħir u bagalja żgħira (hand lugggage) ta’ 8Kgs. Hu possibli li tieħu bagalja kbira pero’ ovjament irid isir ħlas addizjonali.
Biex tiskopri iżjed jew anke tibbukja t-titjira tiegħek, żur il-websajt https://www.hellofly.it/
Bħala Vjaġġa nawguraw kull suċċess lil Hellofly u Luxwing.