RyanAir tħabbar li t-titjiriet bejn Malta u Tel Aviv jirritornaw minn Ġunju 2024

Wara d-deċiżjoni tal-Ajruport Internazzjonali Ben Gurion li jerġa’ jiftaħ it-Terminal 1 ddedikat lil linji tal-ajru Low Cost, Ryanair ħabbret li se terġa’ tibda topera lejn/minn Tel Aviv mit-Tnejn, 3 ta’ Ġunju. Il-linja tal-ajru se topera 40 titjira fil-ġimgħa lejn/minn Ateni, Bari, Berlin, Budapest, Malta, Milan u Paphos.
 
Kelliem tar-Ryanair qal:
 
“Hija aħbar tajba li l-Ajruport Ben Gurion qed jerġa’ jiftaħ it-Terminal 1, li ppermettiet lil Ryanair terġa’ tibda l-operazzjonijiet tagħna ta’ Tel Aviv mit-Tnejn, 3 ta’ Ġunju b’40 titjira fil-ġimgħa lejn/minn swieq ewlenin”.
 
It-titjiriet tar-Ryanair lejn/minn Tel Aviv huma disponibbli  fuq ryanair.com.
 
Nota: Bħala Vjaġġa ma’ nirrakomandawx safar lejn Tel Aviv minħabba s-sitwazzjoni instabbli li hemm bħalissa f’dan ir-reġjun.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *