Fuq in-naħa tat-Tramuntana tal-baħar Jonju, il-gżira pittoreska ta’ Korfù għandha passat storiku influwenzata mill-kulturi Venezjani, Franċiżi u Ingliżi li sawru l-arkitettura unika tal-gżira. Il-belt pittoreska tagħha, il-villel, il-palazzi, u l-bajjiet mill-isbaħ jagħmlu lil Korfù destinazzjoni ewlenija fil-Punent tal-Greċja.

Werrej

Kif ser immur Korfu?

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Korfù “Ioannis Kapodistrias” jirċievi titjiriet minn Ateni, Preveza u Tessaloniki s-sena kollha. Matul l-istaġun turistiku ( Ġunju sa Settembru) jirċievi wkoll titjiriet minn ħafna bliet Ewropej. Din is-sena ser tkun tista’ ttir lejn Korfu b’mod dirett permess tal-linja tal-ajru l-ġdida Universal Air.

Tista’ tibbukja t-titjira minn fuq il-websajt uffiċjali  https://www.flyuniversalair.com/en/. Bi prezzijiet vera raġonevoli bejn €70-90 ta’ titjira li tinkludi r-ritorn, bagalja ta’ 15kg u bagalja żgħira ta’ 7kg, bħala vjaġġa nemmnu li din id-destinazzjoni ser tkun waħda popolari mal-Maltin.

Xtrajt il-biljett tal-Ajru! U issa fejn ser norqod?

Akkomodazzjoni f’Korfu hi abbundanti. Tant hi abbundanti li jista’ jkun li tħossa diffiċli ħafna li tiddeċiedi liem hi l-aħjar għalik. Il-Mistoqsija li għandek issaqsi hi “X’għandi nikkunsidra qabel nagħżel l-akkomodazzjoni?”

L-aktar punti importanti li għandek tikkunsidra huma:

  • L-Akwata.
  • Kemm hemm bod mill-atrazzjonijiet li tixtieq iżżur.
  • Jekk il-kamra ikolliex ‘Air Condition’ jew ‘Heaters’.
  • Il-Kumdita’. 

Minn esperjenza ta’ ħafna li marru Korfu, bħala vjaġġa nirrakomandaw Ariti Grand Hotel, Paradise Hotel Corfu, Aloha Hotel Corfu u Molfetta Beach Hotel.

 

Fittex akkomodazzjoni oħra ġewwa Korfu minn  hawn.

Mill-Ajruport għal lukanda

Il-mappa ta' Korfu

Biex tasal mill-ajruport saċ-ċentru ta’ Korfu għandek numru ta’ għażliet. 

L-Għażla li tagħmel jiddependi minn ħafna fatturi:
1. Il-prezz.
2. L-ammont ta’ ħin li ser tieħu biex tasal mill-ajruport għal-akkomodazzjoni.
3. Il-Kumdita’.

Ser naqsmu miegħek l-aktar tliet modi komuni li jintużaw biex int tkun tista’ tifhem u tagħżel l-aħjar għazla għalik.

Il-Karozza tal-linja ta' Korfu

Trasport Pubbliku

Il-karozzi tal-linja huma l-aħjar għażla għall-viżitaturi li jixtiequ iduru l-gżira ta’ Korfu mingħajr spejjeż żejda. Jeżistu żewġt tipi ta’ karozzi tal-linja li huma disponibbli f’Korfu: il-karozzi tal-linja tal-belt (kulur blu) u l-karozzi tal-linja intercity (kulur aħdar). Dawn jilħqu l-biċċa l-kbira taż-żoni tal-gżira inklużi l-aktar bajjiet u rħula turistiċi, l-ajruport u l-portijiet. Rotot oħra jiżdiedu mal-iskedi hekk kif joqrob l-istaġun tas-sajf. L-istazzjon ċentrali taż-żewġ tipi ta’ xarabank jinsab fil-Belt ta’ Korfu.

Ikri Karozza u dur Korfu!

Kiri ta' Karozza

Li jkollok karozza jew mutur jippermetti li tesplora din il-gżira bil-pass tiegħek u jiggarantixxi aċċess għall-postijiet kollha kemm dawk popolari u dawk li huma ftit imwarrba! Importanti li tibbukja l-karozza tal-kiri tiegħek minħabba l-ammont speċjalment matul ix-xhur impenjattivi tas-sajf.

Tista’ tiċċekja u tqabbel il-prezzijiet tal-kiri billi żżur il-paġna https://vjagga.com/kiri-ta-karozza/

Kiri ta' Taxi

L-Aktar metodu faċli li ma’ jaħliex ħin u li ma’ jkollokx problemi biex iġġor il-bagalji hi ovjament li tibbukja Taxi. Jekk inti tibbukja Taxi minn qabel tkun qiegħed taċċerta ruħek li d-driver ser ikun qiegħed jistenniek fit-terminu tal-‘Arrivals’ u jwaslek quddiem il-bieb tal-lukanda. Żgur u mhux forsi dan hu l-aktar metodu ta’ serħan il-moħħ u ta’ kumdita’.

Bħala vjaġġa nirrakomandaw l-użu ta’ Welcome Pickups. Welcome Pickups hi aġenzija li toffri servizz ta’ Taxi madwar l-Ewropa kollha. Kumpanija serja u li int tista’ isserraħ rasek biex tibda u tispiċċa l-btala tiegħek fuq nota tajba.

Agħfas hawn biex tiskopri kemm tiġi tiswa’ Taxi mill-ajruport għal akkomodazzjoni

Attrazzjonijiet f'Korfu

Bajja Agni

Gorge (Il-Bajja Agni)

Il-Bajja Agni hi ġawhra żgħira li għandek iżżur. Dan il-villaġġ storiku tas-sajd hu post sabiħ ħafna biex tesperjenza l-ħajja tal-gżira. Gawdi l-kosta, ħu għaddsa fil-baħar u rrilassa f’waħda mit-tavernas. Jekk tħobb il-frott tal-baħar, din il-bajja hi għalik.

📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/nEW8WBSoYD3LiubK7

Bajja Agni

Cruise to ġurnata: Paxos, Antipaxos u l-Għerien

 Salpa minn Korfu sal-gżejje ta’ Paxos u Antipaxos li huma famużi għall-inbid u bajjiet pittoreski. Żur l-għerien tal-blat storiċi u ammira x-xenarju sabiħ.
 
F’dan il-cruise ta’ ġurnata sħiħa, ser tieqaf fil-gżira ta’ Antipaxos li għandha waħda mill-isbaħ bajja fil-Mediterran. Apprezza isl-sbuħija tal-kosta li tipprovdi kuntrast ma ‘l-ilma kaħlani ċar kristall u  żur il-Għerien Blu. Waqfa’ għal għawma meta tasal f’Gaios, il-kapitali ta’ Paxos. Agħmel l-aħjar mill-ħin liberu tiegħek biex tesplora l-belt żgħira. Ixtri fil-ħwienet tas-souvenirs, ikla tajba  jew ħu ġelat frisk.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
Cape Drastis

Cape Drastis

It-triq ‘l isfel għal Cape Drastis hi ftit wieqfa, għalhekk suq b’attenzjoni. Ladarba tkun wasalt ser tapprezza kemm dan il-post huwa sabiħ. Importanti li ma’ tinsiex tieħu ftit fliexken tal-ilma miegħek minħabba l-fatt li ftit li xejn hemm ħwienet f’dan il-post żgħir.

📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/ZwuzrunmbuiJj77a8

Kerkyra

Kerkyra

L-ebda żjara f’Korfu ma hi kompluta mingħajr ma ddur il-Belt ta’ Kerkyra. Kun żgur li ddur madwar il-Wirt Dinji tal-UNESCO li tipproteġi l-belt il-qadima u ara jekk tistax tinnota xi waħda mid-djar storiċi Venezjani li hemm f’din il-belt, l-Istatwa ta ‘Georgios Theotokis, il-Liston, il-Fortizza l-Antika, Pjazza Spilias u l-Knisja ta’ Saint Spyridon (il-qaddis patrun tal-belt).

📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/kcAmy863BaRp2QTy8

Porto Timoni​

Porto Timoni

Porto Timoni fil-parti tal-majjistral tal-gżira ħdejn il-villaġġ tradizzjonali żgħir ta ‘Afionas tikkonsisti f’żewġ bajjiet differenti iżda ugwalment sbieħ separati minn strixxa ta ‘art li tirriżulta f’formazzjoni unika li tixbah il-bajja tat-tombolo.

Il-mixja ‘l isfel lejn il-bajja ta’ Porto Timoni minn Afionas tikkonsisti minn mixja faċli. It-tlugħ iġibek mal-ġenb tal-irdum b’veduti mill-isbaħ tal-bajja ta’ Agios Georgios u l-ilmijiet blu tagħha fuq ix-xellug tiegħek. Ser timxi ‘l isfel minn mogħdija għal madwar mixja ta’ 25 – 30 minuta.

📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/JV2UvVzNnDSv28Kv8

Palaiokastritsa​

Palaiokastritsa

Fil-majjistral ta’ Korfù ser issib il-villaġġ ta’Palaiokastritsa li jingħad li hu s-sit mitoloġiku Grieg ta’ Scheria u l-aħħar post li żar Odysseus qabel ma mar lura d-dar.
 
Kun żgur li żżur il-monasteru li jmur lura sas-snin 1200 u tgħum għawma fuq il-bajja ewlenija.

📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/vbBP957Jq7TpMA1Y9

Il-Bazaar ta' Korfu​

Il-Bazaar ta' Korfu

L-aktar suq famuż tal-gżira hu il-Bazaar fil-Belt il-Qadima ta’ Korfù magħruf bħala d-distrett ta’ Campiello. Hu post popolari immens mimli kultura, storja u spiritwalità Griega. Il-passaġġi dojoq huma mimlijin b’kull tip ta ‘snajja’ fosthom minn jagħmel skutelli tal-injam,vażetti tal-ħwawar, figurini reliġjużi u ħelu tradizzjonali.
 

📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/TaR9AV1S11nSzvaW9

Attivitajiet oħra li tista' tagħmel Korfu

Aqualand Water Park​

Aqualand Water Park

Qatta’ ġurnata f’park tal-ilma b’49 żurżieqa u logħob għal persuni ta’ kull età. Duq varjetà wiesgħa ta ‘ikel u xorb għall-ikliet kollha tal-ġurnata u ħu l-ħin biex tirrilassa taħt ix-xemx.
 

📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/NGgoWnCWhN6pRyaDA

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
Parasailing​

Parasailing

Irkeb f’dgħajsa komda tul il-kosta waqt li tistenna biex titla’ l-parasail.Esperjenza li ttir permezz ta’ parasail għoli ‘l fuq mill-baħar. Tista’ taqsam l-esperjenza tiegħek mal-maħbubin tiegħek bl-għażla li ttiru f’daqqa. Appart ta’ parasailing ta’ kwalità għolja u miżmuma tajjeb. Ara l-veduti tal-kosta ta ‘Dassia u l-muntanji tal-madwar.
 

📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/psAZXe4J9hJfgbu87

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
Paragliding

Paragliding

Paratriking hi attività li hi għaddattata għal’kull età peress li hi assolutament sigura u m’hemmx bżonn ta’ esperjenza. It-tagħmir xieraq jingħata lill-passiġġieri mill-bdot/għalliem b’esperjenza! Jissejjaħ paratriking għax jinkludi vettura (trike) bi tliet roti b’żewġ sedili li jgħinu lill-passiġġier u lill-bdot ikunu komdi u jgawdu t-titjira tagħhom. It-tnejn li intom tkunu lebsin elmi bil-mikrofonju sabiex tkunu tistgħu titkellmu ma’ xulxin il-ħin kollu! Bil-magna qawwija u l-paraxut tieħu biss minuta 1 biex ttir. Bla dubju hija esperjenza ta’ min jagħmila.
 

📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/stFupBGKkaGK7dr7A

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
Il-Bajja ta' Sarajda, l-Albanija

Tourt ta' ġurnata lejn l-Albanija

Skopri l-Albanija fuq vjaġġ ta’ jum minn Korfù. Esplora l-belt bieżla ta’ Saranda, żur il-belt antika ta’ Butrint u tgawdi ikla delizzjuża.
 
Ser tibda l-ġurnata tiegħek bi trasferiment mil-lukanda tiegħek għall-port ta’ Korfu. Ser tirkeb id-dgħajsa u salpa lejn il-kosta Albaniża. Waqt it-traġit, ammira l-veduti tal-gżejjer Griegi u l-kosta Taljana waqt li tgħaddi ġol-Baħar Jonju.Mal wasla tiegħek f’Saranda, ser  tgawdi ġurnata biex tesplora l-belt bil-pass tiegħek. Passiġġa fit-toroq, irrilassa fuq il-bajja jew gawdi ikla delizzjuża f’wieħed mill-ħafna ristoranti.
 

Skopri iżjed fuq dan it-tour billi tara jekk baqax biljetti fil-ġranet li tixtieq tmur.

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide

Taħseb li din l-informazzjoni li provdejna hi ta' għajnuna? Napprezzaw li tgħidulna l-oppinjoni tagħkom fil-kummenti.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *