Krakovja (miktuba wkoll Cracow) hi l-eks-kapitali tal-Polonja u għadha waħda mill-aktar bliet importanti tal-pajjiż. Krakovja hi meqjusa bħala waħda mill-isbaħ bliet fl-Ewropa grazzi għall-preservazzjoni eċċellenti tal-bini u l-wirt kulturali artistiku għani tagħha.
 
Il-Belt il-Qadima ta’ Krakovja  elenkata bħala Sit ta’ Wirt Dinji mill-UNESCO, hi ppakkjata b’ħafna bini  gotiku, barokk u ta’ żmien ir-rinaxximentali.
 
Importanti li navżaw hi ġo Krakovja ma’ jaċċettawx il-flus EURO u għalekk hu importanti li tordnaw il-flus Pollakki (Zloti) minn qabel. Hemm ħwienet li jaċċettaw pagament bil-karta tal-bank pero idejalment hi utli li jkollok flus pollakki fuqek.

Werrej

Kif ser immur Krakovja?

Hemm żewġt għażliet ta’ ajruporti biex tmur Krakovja. L-aktar wieħed konvinjenti hu l-ajruport internazzjonali ta’ Krakovja (John Paul II International Airport Kraków-Balice). L-ajruport ta’ Katowice hu ajruport ieħor li tista’ tikkunsidra pero’ tajjeb li tkun taf li hemm sija vjaġġ biex tasal krakovja bit-trasport. Ryanair joffru titjira lejn l-ajruport ta’ Krakovja filwaqt li Wizzair joffru titjira lejn l-ajruport ta’ Katowice.

Xtrajt il-biljett tal-Ajru! U issa fejn ser norqod?

Akkomodazzjoni f’Krakovja hi abbundanti. Tant hi abbundanti li jista’ jkun li tħossa diffiċli ħafna li tiddeċiedi liem hi l-aħjar għalik. Il-Mistoqsija li għandek issaqsi hi “X’għandi nikkunsidra qabel nagħżel l-akkomodazzjoni?”

L-aktar punti importanti li għandek tikkunsidra huma:

  • L-Akwata.
  • Kemm hemm bod mill-atrazzjonijiet li tixtieq iżżur.
  • Jekk il-kamra ikolliex ‘Air Condition’ jew ‘Heaters’.
  • Il-Kumdita’. 

Minn esperjenza ta’ ħafna li żaru Krakovja, bħala Vjaġġa nirrakomandaw: Hampton by Hilton Krakow, Hotel Petrus, Daniel Griffin Aparthotel by Artery Hotels, Hotel Centrum Business u Aneks Hotelu Kazimierz

Fittex akkomodazzjoni oħra minn hawn

Mill-Ajruport għal lukanda

Minn Katowice għal Krakovja
Mill-Ajruport ta' Krakovja għaċ-ċentru

Bħal ma diġa semmejna fl-introduzzjoni ta’ din id-destinazzjoni, hemm daqxejn bod bejn l-ajruport ta’ Katowice u Krakovja. Hemm tliet modi kif tista’ tivjaġġa mill-ajruporti bi tlieta li huma ser jieħdu ħin ta’ bejn satejn u erba’ sijat.

Minn Krakovja:

  1. Taxi,
  2. Ferrovija:  
  3. Xarabank (Shuttle Bus)

Minn Katowice:

  1. Taxi
  2. Xarabank 

Mill-Ajruport ta' Krakovja

Kiri ta' Taxi

L-Aktar metodu faċli li ma’ jaħliex ħin u li ma’ jkollokx problemi biex iġġor il-bagalji hi ovjament li tibbukja Taxi. Jekk inti tibbukja Taxi minn qabel tkun qiegħed taċċerta ruħek li d-driver ser ikun qiegħed jistenniek fit-terminu tal-‘Arrivals’ u jwaslek quddiem il-bieb tal-lukanda. Żgur u mhux forsi dan hu l-aktar metodu ta’ serħan il-moħħ u ta’ kumdita’.

Bħala vjaġġa nirrakomandaw l-użu ta’ Welcome Pickups. Welcome Pickups hi aġenzija li toffri servizz ta’ Taxi madwar l-Ewropa kollha. Kumpanija serja u li int tista’ isserraħ rasek biex tibda u tispiċċa l-btala tiegħek fuq nota tajba.

Agħfas hawn biex tiskopri kemm tiġi tiswa’ Taxi mill-ajruport għal akkomodazzjoni

Xarabank
Kien hemm xarabank regolari mill-Ajruport ta’ Kraków sal-istazzjon ewlieni fiċ-ċentru tal-belt iżda dan l-aħħar twaqqaf u r-rotot attwali issa jservu biss partijiet inqas konvenjenti tal-belt. Fil-verita, it-teħid tal-karozza tal-linja hu verament utli biss bil-lejl, ladarba l-ferroviji jkunu waqfu. Il-biljetti huma orħos mill-ferrovija (b’xejn bil-KrakowCard) u l-vjaġġ lejn iċ-ċentru ta’ Krakow jieħu madwar 45 minuta.
 
902 hija l-‘night bus’  li taħdem mill-11.25pm, imbagħad kull siegħa bejn 12.20am u 3.20am, b’żewġ servizzi finali fit-3.55am u fl-4.55am. Dan jintemm f’Dworzec Główny Wschód – l-istazzjon tal-karozzi tal-linja prinċipali, iżda hu aħjar li tinżel fil-waqfa tat-Teatru Słowackiego fit-tarf ta’ fuq tal-Belt il-Qadima. 
Krakow Express
Ferrovija

L-aħjar mod bi prezz raġonevoli biex tasal mill-ajruport ta’ Krakovja  għaċ-ċentru tal-Belt hu billi tirkeb ferrovija express mill-ajruport ta’ Krakovja direttament għall-istazzjon tal-ferrovija fiċ-ċentru tal-belt li tieħu madwar 15-il minuta. Il-Ferrovija tibda direttament mill-pjattaforma li tinsab madwar 200 metru mit-terminal tal-passiġġieri. In-noll hu madwar €1.50.

Mill-Ajruport ta' Katowice

Kiri ta' Taxi

L-Aktar metodu faċli li ma’ jaħliex ħin u li ma’ jkollokx problemi biex iġġor il-bagalji hi ovjament li tibbukja Taxi. Jekk inti tibbukja Taxi minn qabel tkun qiegħed taċċerta ruħek li d-driver ser ikun qiegħed jistenniek fit-terminu tal-‘Arrivals’ u jwaslek quddiem il-bieb tal-lukanda. Żgur u mhux forsi dan hu l-aktar metodu ta’ serħan il-moħħ u ta’ kumdita’.

Bħala vjaġġa nirrakomandaw l-użu ta’ Welcome Pickups. Welcome Pickups hi aġenzija li toffri servizz ta’ Taxi madwar l-Ewropa kollha. Kumpanija serja u li int tista’ isserraħ rasek biex tibda u tispiċċa l-btala tiegħek fuq nota tajba.

Agħfas hawn biex tiskopri kemm tiġi tiswa’ Taxi mill-ajruport għal akkomodazzjoni

Xarabank

Sfortunatament, m’hemm l-ebda servizz dirett ta’ xarabank mill-Ajruport ta’ Katowice għal Krakovja. L-ewwel ikollok bżonn tieħu l-karozza tal-linja AP lokali fiċ-ċentru tal-belt ta‘ Katowice, imbagħad tirkeb il-Flixbus minn hemm għal Krakovja. Minħabba din il-bidla, il-ħin totali tal-vjaġġ mhux inklużi l-ħinijiet ta ‘stennija, se jkun qrib satejn.

Biex tibbukja din ix-xarabank, trid tibbukja dirett minn fuq il-website tagħhom billi tafas hawn.

Mappa tat-Tram

Attrazzjonijiet f'Krakovja

Il-Pjazza tas-Suq
Il-Pjazza tas-Suq

Wieħed mill-punti ewlenin ta’ Krakovja hu Rynek Glówny, l-akbar pjazza tas-suq medjevali fl-Ewropa. Inbniet fis-seklu 13 wara li l-belt twaqqgħet mit-Tatars. Tista’ faċilment tqatta’ ftit sigħat fil-pjazza peress li ħafna mill-attrazzjonijiet ewlenin jinsabu hemmhekk. Is-Sala tad-drapp hi l-qofol tas-suq. Dan iċ-ċentru tal-kummerċ darba importanti issa hu mimli ħwienet tas-souvenirs.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Plac Wszystkich Świętych

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
Il-Kastell Wawel
Il-Kastell Wawel

Ma tistax iżżur Krakovja mingħajr ma’ tesplora l-arkitettura gotika, rinaxximentali, rokoko u romanesk li hu l-Kastell kbir ta’ Wawel. Dan il-kastell jinsab f’punt għoli fil-belt u jagħtih preżenza imponenti. Kien id-dar tar-rejiet u reġini Pollakki sas-snin 1600 u ntuża ukoll bħala kwartieri, sptar militari u r-residenza uffiċjali tal-gvernatur tal-istat wara l-Ewwel Gwerra Dinjija.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Wawel

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
Barbican
Barbican

Il-Barbican hu l-uniku ‘gatehouse’ li fadal tal-fortifikazzjonijiet Medjevali li darba kienu jdawru l-belt kollha. Il-murati tal-briks aħmar u t-turretti formidabbli tiegħu għenu biex iwarrbu l-Mongoli matul is-seklu 13 u d-disinn ċirkolari tiegħu kien fuq l-aktar avvanzat tal-inġinerija dak iż-żmien. Illum, produzzjonijiet teatrali okkażjonali u wirjiet oħra tal-arti huma ospitati ġewwa.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Stary Kleparz

St.Florians Gate
St Florian's Gate

 St.Florian’s Gate jimmarka l-bidu tal-hekk imsejħa Rotta Rjali. Għaddi u isma’ mużiċisti idoqqu mużika tradizzjonali folk ta’ l-għoljiet fil-mina qabel tmur fil-Belt il-Qadima fuq il-passi tar-rejiet Pollakki ta’ qabel.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Stary Kleparz

Kościuszko Mound​
Kościuszko Mound

Mibnija fuq ix-xbieha ta’ l-għoljiet preistoriċi ta’ Krakus u Wanda, l-għoljiet ta’ Kościuszko Mound​ tqajmet fl-1823 biex jonora l-eroj nazzjonali Tadeusz Kościuszko Mound​, li ġġieled għall-Polonja kontra r-Russi fis-seklu 18. . Minn fuq, il-vjaġġaturi jgawdu panorami kbar tal-belt filwaqt li fi ġranet ċari saħansitra tista’ tara il-Muntanji Tatra.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Salwator

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
Florianska Street
Florianska Street

Triq Florianska tospita bars tal-birra (craft beers), ħwienet tas-souvenirs u ħwienet biex idduq il-vodka. Din it-triq hi normalment mimlija turisti tul is-sena kollha peress li ħafna drabi jibdew iduru Krakovja minn bieb San Florian sal-Pjazza tas-Suq.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Stary Kleparz

Il-Bażilika ta’ Santa Marija
Il-Bażilika ta' Santa Marija

Il-faċċata tal-ġebel aħmar u iż-żewġt kampnari kbar tal-Bażilika ta’ Santa Marija saru s-simboli tal-belt. Il-Bażilika twaqqfet fis-seklu 13 iżda nqerdet waqt l-invażjoni Mongola u għaddiet minn ħafna iżjed inkluż it-terremo li laqat il-presbiterju fl-1400.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Plac Wszystkich Świętych

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
Kazimierz
Il-Kwartieri Lhudi

Jinsab f’distanza bil-mixi mill-Belt il-Qadima, il-Kwartieri Lhudi storiku (magħruf ukoll bħala Kazimierz) darba kien belt separata fih nnifisu u ġie mwaqqaf fis-seklu 15. Il-Lhud ġew imċaqalqa bil-forza lejn ghetto mitfija mill-bqija tal-belt fl-1941. Illum, din iżżomm atmosfera unika bil-bini u sinagogi kbar.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu św. Wawrzyńca

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
L-Għar tad-Dragun
L-Għar tad-Dragun

Qatt immaġinajt li ser iżżur għar ta’ Dragun? Din hi waħda mill-attivitajiet l-aktar strambi fi Krakovja. Il-leġġenda tgħid li d-dragun Smok Wawelski kien jgħix taħt il-Kastell ta’ Wawel u jitterrorizza lir-residenti tal-belt,qabel ma wasal fi tmiemu. Hemm ukoll statwa tad-dragun li tarmi n-nar reali.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Wawel

Slowacki Chamber, Wieliczka Salt Mines
Slowacki Chamber, Wieliczka Salt Mines

Din il-minjiera kienet tipproduċi melħ tal-mejda u ntużat għall-ewwel darba fis-seklu 13. Saret waħda mill-industriji ewlenin ta’ Krakovja u kienet tintuża sal-2007. Illum, hi Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fejn tista’ tammira il-kmamar kavernużi, statwi, kappelli, linef u katidrali — kollha minquxin mill-melħ u l-ġebel! Il-minjieri jilħqu fond ta’ aktar minn 300 metru (984 pied) u huma wkoll dar għal xogħlijiet tal-arti kontemporanji.

Il-Minjira tinsab 13km il-bod miċ-ċentru ta’ Krakovja u hu rakomandat li tmur b’tour.

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
Auschwitz
Auschwitz

Auschwitz-Birkenau hu s-sit ta’ qabel kamp ta’ konċentrament użat min-Nazi matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Madwar 1.3 miljun ruħ intbagħtu hawn u 1.1 miljun minnhom inqatlu. Meta l-​kamp ġie liberat fl-​1945, kien hemm biss 7,000 ruħ hemmhekk li ħafna minnhom kienu morda. Id-dħul hu b’xejn, iżda l-esperjenza hi ħafna aktar sinifikanti bi gwida li tista’ tipprovdi kuntest aħjar ta’ dak li qed tara.

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
Il-Fabrika ta' Schindler​
Il-Fabrika ta' Schindler

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, l-industrijalist Ġermaniż Oskar Schindler salva aktar minn 1,200 Lhudi matul il-gwerra billi impjegahom fil-fabbrika tiegħu. L-istorja tiegħu saret famuża mill-film ta’ Steven Spielberg tal-1993, Schindler’s List. Fil-fabbrika attwali nnifisha, dan il-mużew joffri vjaġġ li jlaħħaq fl-istorja tat-Tieni Gwerra Dinjija.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Zabłocie

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide

Attivitajiet oħra li tista' tagħmel f'Krakovja

Powered by GetYourGuide

Taħseb li din l-informazzjoni li provdejna hi ta' għajnuna? Napprezzaw li tgħidulna l-oppinjoni tagħkom fil-kummenti.