Il-kapitali tar-Renju Unit hi metropoli multikulturali b’saħħitha. Il-kuntrast bejn is-siti storiċi spettakolari, il-ħajja maġla ta’ belt kbira, ix-xeni vivaċi kulturali u ta’ ikel jagħmel lil Londra destinazzjoni interessanti u eċċitanti. Iddur minn St. James park, iżżur Westminster Abbey, esplora t-toroq ta’ Shoreditch u ħu rikba fix-Xmara Thames. Ix-xiri inkredibbli ta’ Londra, pstijiet ta’ interess bla tarf, residenti li jilqgħuk b’idejhom miftuħa u ħajja ta’ bil-lejl vibranti joffru xi ħaġa għal kull tip ta’ vjaġġatur. Londra hi separata f’ħafna distretti differenti li kull wieħed joffri togħma uniku ta’ din il-belt. Importanti wieħed jirrimarka li btala ġewwa Londra m’għadiex irħisa bħal qabel u għalekk idejalment hu li tipjana sew x’ser tkun tagħmel.
Minħabba li d-destinazzjoni ta’ Londra fiha ħafna ajruporti, metodi ta’ trasport u attivitajiet x’tista’ tagħmel, inħeġġuk tuża s-sezzjoni “X’ser Issib fuq dan l-artiklu” biex tkun tista’ ssib l-informazzjoni li hi relatata għal vjaġġ tiegħek.
X'ser issib fuq dan l-artiklu?
Kif ser immur Londra?
Londra għanda sitt ajruporti. Mill-ajruport ta’ Malta nistgħu ntiru għal erbgħa ajruporti minnom li huma: Heathrow, Gatwick, Luton u Stansted. Numru kbir ta’ linji tal-ajru joffru titjira għal Londra fosthom KM Malta Airlines, British Airways, EasyJet kif ukoll RyanAir. Titjiriet minn Malta għal Londra hemm kuljum u żgur dan hu ta’ vantaġġ għalik meta tkun qed tippjana l-vjaġġ tiegħek lejn Londra.
Xtrajt il-biljett tal-Ajru! U issa fejn ser norqod?
Jekk sejjer lejn belt kbira bħal Londra għall-ewwel darba, jista’ jkun daqsxejn ta’ qtiegħ il-qalb u idejalment hu li toqgħod bilqiegħda għal kwiet u tippjana kollox—speċjalment biex tagħżel l-akkomodazzjoni. Hemm tant għażliet u tant art x’tkopri li l-għażla tal-post perfett tista’ tkun importantissima.
L-aktar punti li għandek tikkunsidra qabel ma’ tagħmel l-għażla tiegħek huma:
- Budget
- L-akwata u l-konvenjenza (Trasport għal attrazzjonijiet etċ)
- Sigurta’
Minn esperjenza ta’ ħafna li marru Londra, bħala vjaġġa nirrakomandaw: Travel Lodge (Central Waterloo), Premier Inn (London Kingscross), Park Plaza (Westminster Bridge) u Sun Street Hotel.
Mill-Ajruport għal lukanda
Biex tasal mill-ajruport saċ-ċentru ta’ Londra għandek numru kbir ta’ għażliet.
L-Għażla li tagħżel jiddependi minn ħafna fatturi:
1. Il-‘Budget’ li inti għandek f’moħħok li tonfoq
2. L-ammont ta’ ħin
3. Il-Kumdita’
Aħna ser naqsmu magħkom l-aktar tliet modi komuni li jintużaw minn kull ajruport biex inti tkun tista’ tifhem u tagħżel l-aħjar għazla għalik.
Mill-ajruport ta' Heathrow għaċ-ċentru
Ferrovija - Heathrow Express
Heathrow Express hu l-aktar mod veloċi bejn l-Ajruport ta’ Heathrow u ċ-ċentru ta’ Londra. Bi tluq frekwenti u ħin ta’ vjaġġ ta’ 15-il minuta lejn Terminals 2&3 u ftit minuti aktar lejn Terminal 4 jew 5, is-servizz bla waqfien kiseb 96% ta’ sodisfazzjon ġenerali fl-aħħar stħarriġ nazzjonali. Abbord tal-flotta moderna ta’ ferroviji kompletament elettriċi u b’arja kkundizzjonata l-klijenti jistgħu jgawdu 4G Wi-Fi kumplimentari, spazju dedikat għall-bagalji u aċċessibbiltà tajba għal nies bis-siġġijiet bir-roti.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Ferrovija - London Underground
Il-London Underground (magħrufa ukoll bħala ‘the Tube’) twaslek mill-Ajruport ta’ Heathrow għaċ-ċentru ta’ Londra f’inqas minn siegħa bil-ferroviji jiġru kull 10 minuti. Heathrow għandha tliet stazzjonijiet taħt l-art, fit-Terminal 2/3 u fit-Terminal 4 u 5. Il-prezzijiet jibdew minn £5.50 li jagħmilha waħda mill-orħos rotot tal-ivvjaġġar lejn Londra minn Heathrow.
Hemm ħafna metodi ta’ kif tista’ takkwista l-biljett tiegħek. Jekk qed tivjaġġa l-ewwel darba, idejalment issaqsi parir lil kaxxier li jkun f’kull stazzjon jew tuża l-magna biex tixtri l-biljett. Importanti tifem li londra hi maqsuma f’żoni li f’kull żona ivarja l-prezz.
Kiri ta' Taxi
L-Aktar metodu faċli li ma’ jaħliex ħin u li ma’ jkollokx problemi biex iġġor il-bagalji hi ovjament li tibbukja Taxi. Jekk inti tibbukja Taxi minn qabel tkun qiegħed taċċerta ruħek li d-driver ser ikun qiegħed jistenniek fit-terminu tal-‘Arrivals’ u jwaslek quddiem il-bieb tal-lukanda. Żgur u mhux forsi dan hu l-aktar metodu ta’ serħan il-moħħ u ta’ kumdita’.
Bħala vjaġġa nirrakomandaw l-użu ta’ Welcome Pickups. Welcome Pickups hi aġenzija li toffri servizz ta’ Taxi madwar l-Ewropa kollha. Kumpanija serja u li int tista’ isserraħ rasek biex tibda u tispiċċa l-btala tiegħek fuq nota tajba.
Agħfas hawn biex tiskopri kemm tiġi tiswa’ Taxi mill-ajruport għal akkomodazzjoni
Mill-ajruport ta' Gatwick għaċ-ċentru
Ferrovija - Gatwick Express
Gatwick Express tipprovdi servizz bla waqfien dirett lejn l-istazzjon Victoria fiċ-ċentru ta’ Londra. Il-Ferrovija titlaq darbtejn f’siegħa u tieħu biss 30 minuta. Tista’ tiffranka 10% jekk tibbukkja onlajn minn qabel direttament permezz tal-Websajt Gatwick Express.
Ferrovija - Thames Link u Underground
Thameslink jgħaqqad l-ajruport ta’ Gatwick mal-kosta tan-nofsinhar f’Brighton, kif ukoll ma’ diversi stazzjonijiet ċentrali ta’ Londra: London Bridge, London Blackfriars, City Thameslink, Farringdon u St Pancras International. Il-ferroviji mbagħad ikomplu lejn Peterborough u Cambridge. Is-servizzi ta’ Thameslink jipprovdu wkoll servizzi diretti lejn Luton Airport Parkway, b’skambju faċli mad-DART li tieħdok direttament lejn l-ajruport f’4 minuti.
Hemm ħafna metodi ta’ kif tista’ takkwista l-biljett tiegħek. Jekk qed tivjaġġa l-ewwel darba, idejalment issaqsi parir lil kaxxier li jkun f’kull stazzjon jew tuża l-magna biex tixtri l-biljett. Importanti tifem li londra hi maqsuma f’żoni li f’kull żona ivarja l-prezz.
'Shuttle Bus'
Ibda jew spiċċa il-vaganza tiegħek b’mod faċli b’trasferiment bix-xarabank mill-Ajruport ta’ Gatwick għall-istazzjon tax-xarabank ta’ Victoria. Dan is-servizz li hu frekwenti ħafna mill-Ajruport ta’ Gatwick se jmexxik it-triq kollha lejn iċ-ċentru ta’ Londra u jieqaf f’destinazzjonijiet ewlenin ċentrali ta’ Londra.
Mal-wasla fl-ajruport skambja l-vawċer tiegħek f’wieħed mill-ħafna skrivaniji tal-bejgħ. Int tkun ibbukkjat fuq is-servizz ta’ trasferiment disponibbli li jmiss.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Mill-ajruport ta' Luton għaċ-ċentru
Ferrovija - Luton Park Way
Il-ferrovija mill-Ajruport ta’ Luton għal Londra tiswa iktar minn ‘Shuttle Bus’. Iżda hi orħos minn taxi u tasal aktar malajr.
L-unika ħaġa tedjanti dwar il-ferrovija hi li għandek tieħu trasferiment għall-istazzjon tal-ferrovija Luton Airport Parkway. Pero tinkwetax, is-‘Shuttle Bus’ mill-ajruport ta’ Londra Luton għal istazzjon ta’ Luton hu b’xejn jekk għandek biljett ibbukkjat bil-ferroviji ta’ East Midlands!
Il-karozza tal-linja titlaq kull 15-il minuta bejn l-ajruport u l-istazzjon.
'Shuttle Bus'
Serraħ rasek b’mod faċli bit-trasferiment bix-xarabank bejn l-Ajruport ta’ Luton u l-istazzjon tal-kowċis ta’ Victoria. Dan is-servizz ta’ spiss mill-Ajruport ta’ Luton se jmexxik it-triq kollha lejn iċ-ċentru ta’ Londra u jieqaf f’destinazzjonijiet ewlenin ċentrali ta’ Londra inklużi Golders Green, Baker Street, u Marble Arch.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Kiri ta' Taxi
L-Aktar metodu faċli li ma’ jaħliex ħin u li ma’ jkollokx problemi biex iġġor il-bagalji hi ovjament li tibbukja Taxi. Jekk inti tibbukja Taxi minn qabel tkun qiegħed taċċerta ruħek li d-driver ser ikun qiegħed jistenniek fit-terminu tal-‘Arrivals’ u jwaslek quddiem il-bieb tal-lukanda. Żgur u mhux forsi dan hu l-aktar metodu ta’ serħan il-moħħ u ta’ kumdita’.
Bħala vjaġġa nirrakomandaw l-użu ta’ Welcome Pickups. Welcome Pickups hi aġenzija li toffri servizz ta’ Taxi madwar l-Ewropa kollha. Kumpanija serja u li int tista’ isserraħ rasek biex tibda u tispiċċa l-btala tiegħek fuq nota tajba.
Agħfas hawn biex tiskopri kemm tiġi tiswa’ Taxi mill-ajruport għal akkomodazzjoni
Mill-ajruport ta' Stansted għaċ-ċentru
Ferrovija - Stansted Express
Ħu vantaġġ mill-konnessjonijiet ta’ Stansted Express bejn Stansted Airport Train Station u Liverpool Street Train Station ta’ Londra bi trasferiment ibbukkjat minn qabel. Ivvjaġġa abbord ferrovija spazjuża waqt il-wasla jew it-tluq tiegħek mill-belt. Jekk eventwalment se tkun qed tmur lura lejn id-destinazzjoni oriġinali tiegħek, tista’ tixtri biljett bir-ritorn u bhekk tiffranka l-flus u l-ħin.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
'Shuttle Bus'
Ibda jew spiċċa l-vaganza tiegħek b’mod faċli bi trasferiment bix-xarabank ta’ bejn l-Ajruport ta’ Stansted u l-istazzjon tal-kowċis ta’ Victoria. Dan is-servizz ta’ spiss mill-Ajruport ta’ Stansted se jmexxik it-triq kollha lejn il-kapitali, billi jieqaf f’destinazzjonijiet ewlenin ċentrali ta’ Londra tul it-triq inklużi Golders Green, Baker Street, Liverpool Street, Stratford, u Marble Arch.
Evita l-battikata tal-ġenn fis-sistema tat-trasport pubbliku qabel jew wara vjaġġ twil. Irrilassa u gawdi l-veduti ta’ Londra.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Kiri ta' Taxi
L-Aktar metodu faċli li ma’ jaħliex ħin u li ma’ jkollokx problemi biex iġġor il-bagalji hi ovjament li tibbukja Taxi. Jekk inti tibbukja Taxi minn qabel tkun qiegħed taċċerta ruħek li d-driver ser ikun qiegħed jistenniek fit-terminu tal-‘Arrivals’ u jwaslek quddiem il-bieb tal-lukanda. Żgur u mhux forsi dan hu l-aktar metodu ta’ serħan il-moħħ u ta’ kumdita’.
Bħala vjaġġa nirrakomandaw l-użu ta’ Welcome Pickups. Welcome Pickups hi aġenzija li toffri servizz ta’ Taxi madwar l-Ewropa kollha. Kumpanija serja u li int tista’ isserraħ rasek biex tibda u tispiċċa l-btala tiegħek fuq nota tajba.
Agħfas hawn biex tiskopri kemm tiġi tiswa’ Taxi mill-ajruport għal akkomodazzjoni
London Underground
L-aħjar u l-irħas mod li tivjaġġa ġewwa ċ-Ċentru ta’ Londra biex tmur minn attrazzjoni għal oħra żgur mhux forsi hu l-użu tal-‘London Underground’. Il-London Underground għandha 11-il linja li jaqdu lil Londra kollha u jaqsmu bejniethom fiċ-ċentru tal-belt. Il-mappa hi maqsuma f’disa’ żoni, b’Żona 1 tkun iċ-ċentru ta ‘Londra, u Żona 9 tkun is-subborgi. L-ispiża li tieħu biex tivvjaġġa tiddependi skont f’liema żona tivjaġġa. Tgħaqqad ukoll mal-London Overground (linja tal-ferrovija suburbana li ma tgħaddix miċ-ċentru tal-belt), il-Linja Elizabeth il-ġdida (servizz ferrovjarju ta’ frekwenza għolja li jkopri kemm iċ-ċentru ta’ Londra, l-Ajruport ta’ Heathrow, u s-subborgi) u Servizzi Ferrovjarji Nazzjonali (linji ferrovjarji li jmorru mal-pajjiż kollu).
Tista’ tniżżel l-applikazzjoni għal mobajl li fuqa ikollok il-mappa kollha tal-‘London Underground’. L-applikazzjoni tinsab kemm fuq l-App Store u Google Play
Attrazzjonijiet F'Londra
Il-Palazz Buckingham
Mill-palazzi rjali kollha fil-Gran Brittanja, Buckingham Palace hu l-aktar wieħed famuż. Sar iċ-ċentru tal-qorti matul il-ħakma tar-Reġina Victoria fl-1837 u minn dakinhar ilu hu dar għar-Rejiet u r-Reġini tal-Ingilterra. Għal ħafna żmien magħtul is-sena, il-palazz hu magħluq għall-pubbliku. Għalhekk, din il-waqfa hi l-aktar biss biex tammira l-barra tal-palazz u tieħu xi ritratti. Madankollu, mill-aħħar ta’ Lulju sa Settembru, il-palazz jiftaħ il-bibien tiegħu. Il-biljetti għandhom jiġu bbukkjati bil-quddiem.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni: St.James Park
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Big Ben u l-Parliament
Għalkemm ma tistax titla’ fuq il-Big Ben, tista’ tara din l-istruttura Gotika mit-triq u tisma’ d-daqq tal-qniepel tagħha kull kwarta. Big Ben hu fil-fatt l-isem tal-qanpiena l-kbira tal-arloġġ il-kbir ta’ Westminster li tinstab ġewwa Elizabeth Tower fit-tarf tat-tramuntana tal-Palazz ta Westminste. Ħafna drabi tintuża biex tirreferi għall-arloġġ u t-torri wkoll. Biex titgħallem dwar il-gvern tar-Renju Unit, agħmel dawra fil-Parlament imwaqqaf fl-180. L-aħjar veduta tat-torri hi min-naħa opposta tax-xmara fuq ix-Xatt tan-Nofsinhar, ħdejn il-London Eye.
📌 L-Istazzjon tal-Underground: Westminster
Nota:Din hi attrazzjoni b’xejn u bhekk m’hemmx għalfejn isir xi booking jew ħlas biex iżżur din l-attrazzjoni.
London Eye
Idħol fil-kapsula tiegħek u iltaqa’ wiċċ imb’wiċċ mal-Kmamar tal-Parlament u l-Big Ben. Fuq din l-attrazzjoni, togħla ‘l fuq sa 135 metru fuq l-ogħla rota ta’ osservazzjoni. Gawdi l-veduti 360 tal-belt kollha mqiegħda quddiemek. Ara l-postijiet familjari l-aktar famużi inklużi l-Palazz ta’ Buckingham, il-Katidral ta’ San Pawl, t-Torri ta’ Londra u sa 40km barra mill-belt lejn il-Kastell ta’ Windsor f’ġurnata ċara. F’din l-attrazzjoni tgawdi rotazzjoni gradwali u wieqfa waqt li tħares lejn il-postijiet famużi kollha u l-estinzjoni sabiħa ta’ din il-belt.
Tista’ takwista ‘Combo Ticket’ li bih tkun tista’ tirkeb il-London Eye, tidħol fil-mużew rinomat ta’ Madam Tussauds, l-London Dungeon, l-Avventura ta’ Shrek u Sea Word. Permezz ta’ dan il-‘Combo Ticket’ inti tkun qiegħed tifranka ammont ta’ flus sostanzjali
📌 L-Istazzjon tal-Underground: Waterloo jew Westminster
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Westminster Abbey
Skopri l-istorja storika ta’ Westminster Abbey. Żur dan il-post li jintuża għall-qima, ċelebrazzjoni u ċerimonji fejn seħħew ħafna mill-aktar mumenti sinifikanti fl-istorja tal-Gran Brittanja.
Ara s-Siġġu tal-Inkurunazzjoni, l-eqdem għamara fil-pajjiż li għadha tintuża għall-iskop oriġinali tagħha. Mill-1066, l-Abbey ilha tospitat l-inkurunazzjoni ta’ kull monarka Brittaniku inkluż ir-Reġina Victoria, Eliżabetta II u r-Re Karlu III.
Tgħallem kif l-Abbey hi l-post fejn huma midfuna ħafna monarki kbar, poeti, mużiċisti, xjenzati u politiċi. Esplora r-rokna tal-poeti, hekk imsejħa minħabba li ħafna poeti u kittieba huma midfuna hawn.
📌 L-Istazzjon tal-Underground: St.James Park jew Westminster
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
The London Dungeon
‘The London Dungeon’ hi attrazzjoni unika li se tieħdok lura għall-passat ikraħ u tant perikolużi li esperjenzat il-belt ta’ Londra. Ara, isma’ u ħoss il-karattri divertenti li jkessħuk u anke ibeżżawk hekk kif jieħdu l-ħajja. Tista’ ukoll iżżid mal-esperjenza tiegħek xarba fit-taverna.
Tista’ takwista ‘Combo Ticket’ li bih tkun tista’ tirkeb il-London Eye, tidħol fil-mużew rinomat ta’ Madam Tussauds, l-London Dungeon, l-Avventura ta’ Shrek u Sea Word. Permezz ta’ dan il-‘Combo Ticket’ inti tkun qiegħed tifranka ammont ta’ flus sostanzjali
📌 L-Istazzjon tal-Underground: Waterloo jew Westminster.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Tower Bridge u t-Tower of London
Tower Bridge hu l-aktar pont famuż ta’ Londra. Inbniet fl-aħħar tas-seklu 19 u għandha żewġ mogħdijiet. In-naħa t’isfel hi għall-persuni mexjin, iċ-ċiklisti, u l-vetturi u dik ta’ fuq b’art tal-ħġieġ hi għall-persuni mexjin biss.
Eżatt ħdejn il-Pont fuq in-naħa tat-tramuntana tat-Tames, hemm it-Torri ta’ Londra li hu sit tal-Wirt Dinji tal-UNESCO. It-Torri ta’ Londra hu wieħed mill-postijiet familjari l-aktar li jżuruha nies fil-belt. Il-kastell storiku serva bħala ħabs u residenza rjali. Issa hu mużew u miftuħ għall-pubbliku. Il-ġojjelli tal-Kuruna huma probabbilment l-aktar attrazzjoni famuża għalkemm tista’ wkoll titgħallem ħafna dwar l-istorja tal-Ingilterra.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni: Tower Hill Station
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U L-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Madame Tussauds
Miljuni ta’ nies daħlu mill-bibien tal-Madame Tussauds ta’ Londra minn meta nfetaħ għall-ewwel darba aktar minn 200 sena ilu. Żid ismek mal-lista u agħmel triqtek fuq tt-tapit l-aħmar biex tara l-istilel favoriti tiegħek kollha. Il-Karattri ġo dan il-mużew ivarjaw minn sena għal oħra u ssib figuri ta’ Ċelebritajiet popolari, leġġendi sportivi, politiċi popolari u ġrajjiet storiċi. Għix mill-ġdid il-mumenti u l-ġrajjiet li kulħadd jitkellem fuqom.
Ingħaqad maċ-ċelebritajiet favoriti tiegħek fl-aħħar parti tal-mużew inklużi Eddie Redmayne, Benedict Cumberbatch u Tom Hardy. Ingħaqad mal-Familja Rjali fuq il-gallarija emblematika tal-Palazz ta’ Buckingham, ħu selfie mal-koppja rjali Harry u Meghan u ltaqa’ ma’ Harry Styles.
Tista’ takwista ‘Combo Ticket’ li bih tkun tista’ tirkeb il-London Eye, tidħol fil-mużew rinomat ta’ Madam Tussauds, l-London Dungeon, l-Avventura ta’ Shrek u Sea Word. Permezz ta’ dan il-‘Combo Ticket’ inti tkun qiegħed tifranka ammont ta’ flus sostanzjali
📌 L-Istazzjon tal-Underground: Baker Street
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
L-Akkwarju ta’ Londra
Dar ta’ waħda mill-akbar kollezzjonijiet ta’ ħajja tal-baħar globali tal-Ewropa, esplora dinja affaxxinanti taħt l-ilma fil-qalba ta’ Londra. Għaddi minn 14-il żona b’tema mqassma fuq tliet sulari, iltaqa’ wiċċ imb’wiċċ ma’ eluf ta’ ħlejjaq f’ambjent eċċitanti hekk kif tiskopri kemm huma sbieħ u tapprezza kemm hi fraġli l-ekosistema tal-baħar tad-dinja.
Aktar minn 500 speċi differenti jgħixu f’65 wirjiet b’xi karatteristiċi isbaħ u interattivi tul it-triq. Żur in-naħa selvaġġa u segwi minn pjattaforma tal-ħġieġ kif 10 speċi ta’ kelb il-baħar jgħumu taħt saqajk.
Kompli fl-attrazzjoni l-ġdida tal-Ice Adventure u ara art ta’ ġlata u borra fejn jinsab ir-Renju tal-Gentoo Penguins. Ingħaqad magħhom f’avventura li tħaddan fl-isfera tal-Artiku waqt li jferrxu u jgħoddsu.
Tista’ takwista ‘Combo Ticket’ li bih tkun tista’ tirkeb il-London Eye, tidħol fil-mużew rinomat ta’ Madam Tussauds, l-London Dungeon, l-Avventura ta’ Shrek u Sea Word. Permezz ta’ dan il-‘Combo Ticket’ inti tkun qiegħed tifranka ammont ta’ flus sostanzjali
📌 L-Istazzjon tal-Underground: Waterloo jew Westminster.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Trafalgar Square
Trafalgar Square hi pjazza pubblika kbira mibnija madwar iż-żona li qabel kienet magħrufa bħala Charing Cross. Fiċ-ċentru tal-pjazza tista’ ssib il-Kolonna ta’ Nelson. Din inbniet biex tonora lill-Ammirall Nelson wara r-rebħa tiegħu fil-Battalja ta’ Trafalgar fl-1805. Il-Gallerija Nazzjonali tinsab ukoll fuq Trafalgar Square.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni: Charing Cross
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
L-Istudjos ta' Warner Bros.
Esperjenzaw l-avventura maġika fl-Istudjo ta’ Harry Potter u Warner Brothers. Irkeb fuq karozza tal-linja miċ-ċentru ta’ Londra u vjaġġa lejn id-dar ta’ maġija, żrinġijiet taċ-ċikkulata, u minestri (Polyjuice).
Ersaq qrib u personali għas-settijiet bl-aktar props realistiċi u l-kostumi li jintlibsu mill-atturi Harry, Ron, u Hermione. Skopri wħud mis-sigrieti l-aħjar miżmuma ta’ Hogwarts inkluż għarfien divertenti dwar l-effetti speċjali u l-animatronika.Wara li tasal fl-Istudjos, esplora s-settijiet, il-props, u s-‘Souvenir Shop’ tal-istudjo kollha. Ħu r-ritratt tiegħek fil-postijiet favoriti tal-iffilmjar bħalma huma s-Sala l-Kbira, l-uffiċċju ta’ Dumbledore u l-kamra komuni ta’ Gryffindor.
Passiġata ftit l-isfel u tispiċċa ġewwa l-isqaq ta’ Diagon mimli sħaħar u l-wizards lokali hekk kif tgħaddi minn Ollivander’s, Flourish and Blotts u Eeylops Owl Emporium.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni: Watford Junction
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Il-Katidral ta' San Pawl
Esplora l-Katidral ta’ San Pawl li hu kapolavur arkitettoniku u l-post fejn jiġu ċċelebrati ċelebrazzjoniet nazzjonali ġewwa l-Ingilterra.
Illum il-katidral ta’ San Pawl hu kemm Katidral Anglikan kif ukoll wieħed mill-attrazzjonijiet turistiċi ewlenin ta’ Londra. Gwidi multimedjali permezz ta’ touchscreen issa huma inklużi hekk kif il-gwida tuża film u kummentarju dettaljat biex toffri interpretazzjoni effettiva.
Agħżel metodu aktar personali billi żżur l-kripta taħt l-art tal-katidral mmexxija minn gwidi tal-katidral li jsiru 4 darbiet kuljum. Din l-attivita ma’ tiġik ebda spiża żejda hekk kif tqatta’ 60 minuta timxi mill-katidral u titgħallem dwar l-arti tiegħu, l-istorja tiegħu, u s-sinifikat reliġjuż tiegħu b’xejn. Dawn iż-żjarat gwidati u taħditiet huma disponibbli fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni: St. Paul’s
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Hyde Park
Jinsab fil-qalba taċ-ċentru ta’ Londra fit-tarf ta’ Marble Arch jimmarka kemm il-konfini tal-ispazju aħdar kif ukoll il-bidu tal-aktar triq tax-xiri famuża tal-belt – Oxford Street. Espansjoni kbira ta’ ħdura, għadd kbir ta’ mogħdijiet, grawnds sportivi u jospita għadd ta’ avvenimenti matul is-sena li jvarjaw minn wirjiet ta’ mużika live għal festivals u aktar.
Iżda flimkien mal-avvenimenti eċċitanti li huma ospitati fil-konfini ta ‘Hyde Park fuq bażi annwali, Hyde Park hu wkoll post paċifiku biex iżuru u hu x’imkien fejn it-turisti u n-nies tal-lokal jistgħu jduru, jimxu, jiġru jew joqogħdu u jgawdu l-arja friska.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni: Marble Arch Station jew Hyde Park Corner.
Nota: Din hi attrazzjoni b’xejn u bhekk m’hemmx għalfejn isir xi booking jew ħlas biex iżżur din l-attrazzjoni.
London Zoo
Esplora passaġġi li jkopru l-wirja ta’ 2,500 m² b’tema Indjana. Kun wiċċ imb wiċċ ma’ wieħed mill-aktar predaturi tal-biża’ tan-natura fit-Territorju tat-tigri, tgħallem dwar l-imgieba naturali tat-tigri ta’ Sumatra u skopri l-kwistjonijiet ta’ konservazzjoni li dawn il-kreaturi jiffaċċjaw fis-selvaġġ. Imbagħad, skopri l-karatteristiċi l-ġodda miżjuda fl-2021. Gawdi ukoll minn ċelebrazzjoni ta’ affarijiet kollha żgħar iżda qawwija li xi kultant niklassifikawom bħala strambi iżda dejjem meraviljużi. Dawn igawdu minn tank ġdid fjamant ta’ sikka tal-qroll li ma tistax titlifhom. X’hemm iżjed? Skejjel ta’ ħut inklużi clownfish u blue tangs.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni: Camden Town
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Oxford Street
Oxford Street hi destinazzjoni unika għax-xiri peress li hi għaddattata għal kull tip ta’ interessi u baġits. Hemm ħwienet tal-moda, kumplessi kbar u ditti ewlenin tad-disinjaturi. Dawn huma xi suġġerimenti biex jgħinuk tippjana.
- Żur kmieni filgħodu qabel l-ikla ta’ nofsinhar u bhekk tevita l-folol ta’ wara nofsinhar.
- Ibda minn Marble Arch u ibqa’ tiela t-triq kollha sa Oxford Ciscus.
- Il-biċċa l-kbira tal-ħwienet jiffavorixxu l-pagamenti b’karta ta’ kreditu jew ta’ debitu.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni: Marble Arch jew Oxford Circus
Subborgi oħra li għandek iżżur ġewwa Londra
Camden
Retro, Vintage, Goth jew Punk… Tkun xi tkun l-istill li joġbok żgur li ssib xi ħaġa li toġbok fis-swieq ta’ Camden.
Is-swieq ta’ Camden jikkonsistu f’sitt swieq distinti f’Camden Town li jinsabu ħdejn Camden Lock. Is-swieq ta’ Camden jiġbdu 100,000 turist kull tmiem il-ġimgħa li jagħmilha r-raba’ attrazzjoni tal-viżitaturi l-aktar popolari f’Londra u li jidħlu fiż-żona biex isibu offerti kbar fuq ħwejjeġ, aċċessorji u oġġetti oħra tal-artiġjanat.
Imma temmen jew le, is-swieq ta Camden huma żieda relattivament ġdida għal Londra peress li ż-żona ta’ madwar Camden Lock kienet użata primarjament għal skopijiet agrikoli u industrijali minn qabel l-1800s.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni: Camden Town
Chelsea
F’dak li għandu x’jaqsam mal-viċinat ta’ Londra, Chelsea hu diffiċli biex tinsiħ! B’faċilitajiet ta’ xiri mill-aqwa, djar ikkuluriti u veduti tax-xmajjar, din iż-żona hi waħda mill-aktar dawk mixtieqa fil-belt. King’s Road, it-triq prinċipali ta’ Chelsea, hi mimlija boutiques, kafetteriji u ristoranti mill-isbaħ. It-toroq tal-ġenb huma wkoll sbieħ! Kun żgur li tiċċekkja Clover Mews, Bywater Street u Godfrey Street għal korsiji u djar b’lewn il-kuluri tal-qawsalla.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni: Sloane Square
Covent Gardens u Seven Dials
Covent Garden joffri l-aħjar possibbiltajiet ta’ xiri fil-West End ta’ Londra. Minn Apple għal Tom Ford,Mulberry u Paul Smith, iż-żona toffri taħlita unika ta ‘marki globali u indipendenti li żgur jissodisfaw kull ħtieġa ta’ xiri.
Seven Dials hi taħlita ta’ seba’ toroq atmosferiċi li jgħaqqdu Covent Garden ma’ Soho. Hu l-post li għandek tmur għal ditti rinomati internazzjonali, boutiques indipendenti, ħwienet tal-kunċett, salons tas-sbuħija, ristoranti u għażla vibranti ta’ kafetteriji, bars u pubs. Onestament ma tistax tmur Londra minghajr ma nqatta’ ftit hin hemm.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni: Covent Garden
China Town
Chinatown hu l-post fil-qalba ta’ Londra li inti tista’ tmur għal esperjenza awtentika tal-kultura Ċiniża u togħma orjentali reali! Waħda mill-aktar karatteristiċi impressjonanti ta’ Chinatown hi l-gradi tad-dħul jew Paifangs. Mur China Town għal ammont b’abbundanza ta’ ħwienet, bars u ristoranti awtentiċi. ‘Festivals’ vibranti isiru hawn kull sena wkoll eżempju bħas-sena l-ġdida lunara Ċċiniża.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni: Piccadily Circus jew Covent Garden