Milan tinsab fil-provinċja ta’ Milano fil-punent tar-reġjun tal-Lombardija. Milan hi destinazzjoni popolari għal btala u żgur ser tispiċċa tixtieq issir taf aktar dwar l-arkitettura speċjali ta’ din il-belt, il-moda u l-ikel  tajjeb li jipprovdu ħafna ristoranti.

Waqt il-btala fil-belt ta’ Milan ser issib il-kombinazzjoni perfetta ta’ arkitettura Taljana awtentika, bini modern u ħafna attrazzjonijiet oħra.  Tħobb iżżur il-bini storiku? Żgur mhux forsi trid iżżur id-Duomo ta’ Milan, il-Castello Sforzesco jew l-Arco della Pace. Ma’ jonqosx l-attrazzjonijiet ewlenin oħra bħall-istadjum ta’ San Siro, it-Teatru alla Scala u l-pittura ta’ Da Vinci ‘L-Aħħar Ċena’ huma affarijiet li m’għandekx titlifhom. Jekk tippreferi l-parti moderna tal-belt, fittex il-proprjetajiet kummerċjali fid-distrett finanzjarju innovattiv Porta Nuova u skopri il-Bosco Verticale. Dawn huma żewġ torrijiet residenzjali fejn ir-residenti flimkien jistgħu jgawdu kważi 9,000 metru kwadru ta’ terrazzin li fuqhom tħawlu kważi 1,000 siġra.

Werrej

Kif ser immur Milan?

Milan għandha żewġ ajruporti internazzjonali b’aktar minn 70 miljun passiġġier li jgħaddu mill-belt kull sena. Dawn huma l-ajruport ta’ Milan Malpesa, Milan Linate u Milan Bergamo. Tista’ ttir lejn dawn l-ajruporti permezz tal-linji tal-ajru KM Malta Airlines, Ryan Air, EasyJet u ITA Airways.

Xtrajt il-biljett tal-Ajru! U issa fejn ser norqod?

Milan toffri firxa ta’ għażliet ta’ akkomodazzjoni li huma  adattati għal kull baġit jew stil. Imma b’tant għażla, fejn għandek toqgħod? L-aktar punti importanti li għandek tikkunsidra huma:

  • L-Akwata.
  • Kemm hemm bod mill-atrazzjonijiet li tixtieq iżżur.
  • Jekk il-kamra ikolliex ‘Air Condition’ jew ‘Heaters’.
  • Il-Kumdita’. 
Minn esperjenza ta’ ħafna li marru Milan, bħala vjaġġa nirrakomandaw Palazzo Parigi Hotel & Grand Spa, The Street Milano Duomo, Amabilia Suites, Madeleine apartments in Brera.
 

Mill-Ajruport għal lukanda

Mappa ta' Milan

Biex tasal mill-ajruport għal-lukanda għandek numru ta’ għażliet. 

L-Għażla li tagħmel jiddependi minn ħafna fatturi:
1. Il-prezz.
2. L-ammont ta’ ħin li ser tieħu biex tasal mill-ajruport għal-akkomodazzjoni.
3. Il-Kumdita’.

Ser naqsmu miegħek l-aktar tliet modi komuni li jintużaw biex int tkun tista’ tifhem u tagħżel l-aħjar għazla għalik.

Metodu numru 1: Kiri ta' Taxi

L-Aktar metodu faċli li ma’ jaħliex ħin u li ma’ jkollokx problemi biex iġġor il-bagalji hi ovjament li tibbukja Taxi. Jekk inti tibbukja Taxi minn qabel tkun qiegħed taċċerta ruħek li d-driver ser ikun qiegħed jistenniek fit-terminu tal-‘Arrivals’ u jwaslek quddiem il-bieb tal-lukanda. Żgur u mhux forsi dan hu l-aktar metodu ta’ serħan il-moħħ u ta’ kumdita’.

Bħala vjaġġa nirrakomandaw l-użu ta’ Welcome Pickups. Welcome Pickups hi aġenzija li toffri servizz ta’ Taxi madwar l-Ewropa kollha. Kumpanija serja u li int tista’ isserraħ rasek biex tibda u tispiċċa l-btala tiegħek fuq nota tajba.

Agħfas hawn biex tiskopri kemm tiġi tiswa’ Taxi mill-ajruport għal akkomodazzjoni

Metodu numru 2: Ferrovija (L-ajruport ta' Malpensa biss)

Il-Malpensa Express huwa servizz ferrovjarju tal-ajruport li jgħaqqad il-belt ta’ Milan mal-Ajruport ta’ Malpensa. Trenord topera is-servizz Malpensa Express.

Il-ferrovija Malpensa Express tasal u titlaq mill-istazzjon ta’ taħt l-art tat-Terminal 1 f’livell -1u fl-istazzjon tal-metro tat-Terminal 2. Il-Vjaġġ b’permezz tal-ferrovija ‘Malpensa Express’ tieħu madwar sija u twaslek fl-istazzjon ta’ Milano Centrale.

Metodu numru 3: 'Shuttle Bus'

Hemm ħafna kumpaniji jamministraw is-servizz tax-xarabank bejn l-ajruport ta’ Malpensa / Milan Linate / Bergamo u ċ-ċentru tal-belt ta’ Milan bi prezz. Gawdi trasferiment veloċi, sikur u konvenjenti bix-xarabank bejn l-Ajruport ta’ Malpensa u l-belt ta’ Milan. Ivjaġġa abbord xarabank komda u bl-arja kondizzjonata u għabbi il-bagalji tiegħek mingħajr ħlas żejjed. Jekk it-titjira tiegħek tittardja, il-biljetti tiegħek huma validi għal kull xarabank li tluq ikunu fl-istess ġurnata li inti ibbukkjat.

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide

Il-Metro ta' Milan

Tista’ tniżżel il-mappa tal-metro fuq il-mobajl minn hawn

Attrazzjonijiet u postijiet familjari f'Milan

Il-Katidral ta' Milan
Il-Katidral minn ġewwa.

Il-Katidral ta’ Milan

Il-Katidral ta’ Milan (Duomo di Milano bit-Taljan) jinsab fi Piazza del Duomo li hu ċ-ċentru storiku u l-aħjar punt tat-tluq għal żjara f’Milan.

Il-kostruzzjoni tal-Katidral ta’ Milan bdiet fl-1386 u ħadet kważi 500 sena. Kien lest taħt l-ordni ta’ Napuljun Bonaparte li assolutament ried li jkun inkurunat bħala re tal-Italja hemmhekk. Din il-meravilja arkitettonika hi t-tielet l-akbar katidral fid-dinja wara l-Katidral ta’ San Pietru f’Ruma u l-Katidral ta’ Sevilja.

Minn barra tista’ tammira l-faċċata tal-katidral magħmul kompletament minn ġebel minqux perfettament. L-2000 statwa tal-irħam abjad u 136 vleġġa jagħmlu l-katidral sħiħ u impressjonanti. Meta tara l-katidral tifhem b’mod ċar għaliex huwa mlaqqam “il-qanfud tal-irħam”.

Tista’ iżżur ġewwa tal-katidral li fih 5 navati u 52 kolonna li kull waħda tirrappreżenta ġimgħa tas-sena. Tista’ wkoll tammira il-ħġieġ ikkulurit, oqbra ta’ diversi arċisqfijiet u l- kurċifiss magħmul mis-surmast Leonardo Da Vinci nnifsu.

Iżda l-qofol taż-żjara hi l-possibbiltà li tmur fuq it-terrazzin tal-Katidral. Minn hemm fuq, il-veduta ta’ Milan hija lisbaħ. Tista’ tagħżel li titla’ fit-terrazin permezz tat-taraġ jew bil-lift. (Tt-tieni għażla naturalment tkun daqsxejn aktar għalja bħala prezz).

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Duomo

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Galleria Vittorio Emanuele II

Il-Gallerija Vittorio Emanuele II

Eżatt barra l-katidral fejn il-Pjazza del Duomo tista’ żżur il-Gallerija Vittorio Emanuele II, attrazzjoni ewlenija oħra f’Milan.

Il-post huwa fotoġeniku u luminuż ħafna li għandu swali enormi u koppla magħmula mill-ħġieġ u l-ħadid. Imlaqqam “Il-kamra tal-għixien”, il-Gallerija hi meqjusa bħala waħda mill-isbaħ fl-Ewropa u għalhekk titlifhiex waqt il-vjaġġ tiegħek lejn Milan.

Ġewwa tista’ ssib xi wħud mill-aktar ħwienet famużi tad-disinjaturi tal-moda fosthom Vuitton u Prada. Żgur li għandek tmur hemm bil-kartiera mimlija jekk  tiddeċiedi li tagħmel xi xiri minn hawn.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Duomo

Teatru Scala

Teatru La Scala

Wara li titlaq minn Piazza del Duomo u timxi tul il-Galleria Vittorio Emanuele ser tasal direttament ġewwa Piazza della Scala. Kif jissuġġerixxi l-isem, f’din il-pjazza  tinsab La Scala, id-dar famuża tal-Opra ta’ Milan.

Flimkien mat-Teatru San Carlo f’Napli u l-Fenice f’Venezja, La Scala hi waħda mit-3 teatri l-aktar prestiġjużi tal-Italja.

Hawnhekk inħolqu kapolavuri tal-opra Taljana bħal “Norma” ta’ Vincenzo Bellini jew “Otello” ta’ Verdi. Ukoll ta’ minn isemmi li waħda mill-akbar kantanti klassiċi ta’ kull żmien, Maria Callas, daqqet f’La Scala.

Jekk tixtieq tattendi għal kunċert, wirja ta’ opra jew ballet f’La Scala, tista’ tixtri l-biljetti tiegħek direttament minn fuq il-websajt uffiċjali.

Tista ukoll tgħattendi tour tat-teatru kif ukoll tal-mużew billi tibbukja tour.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Duomo

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.

Il-Kastell Sforzesco

Se żżur dan il-kastell f’Milan l-Italja biex titgħallem ftit aktar dwar l-istorja tal-belt. Se titgħallem dwar l-influwenza tal-gwerer, familji famużi Taljani, l-kostruzzjoni u r-restawr li saru. Mhux biss il-kastell innifsu jiġbed l-attenzjoni f’termini ta ‘arkitettura pero inti wkoll ser tapprezza l-elementi dekorattivi. F’dan il-kastell jinsabu diversi mużewijiet bħall-Pinakoteka, il-Mużew Eġizzjan u l-Mużew Arkeoloġiku. Hu possibli li tixtri biljett kombinat li jagħtik aċċess għal dawn il-mużewijiet żgħar kollha

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Lanza

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
L'Arc ta' Parco Sempione
Parco Sempione

Parco Sempione

Eżatt wara l-kastell Sforza, issib il-pulmun l-aħdar tal-belt. Il-Parco Sempione huwa l-akbar park pubbliku f’Milan u post perfett biex tistrieħ ftit.

Xi bini ta’ min jinnota waqt li ddur Parco Sempione:

  • L-Akwarju Ċiviku ta’ Milan.
  • It-Triennale – li tenfasizza l-arti u l-arkitettura Taljana
  • L-Arena Civica –  grawnd multi-purpose li jmur mill-1807 fejn isiru avvenimenti sportivi
  • L-Arco della Pace – l-ark trijonfali ta’ Milan mibni biex jiċċelebra l-paċi.

Din attrazzjoni li ma’ tagħmel l-ebda ħlas biex iżżura!

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Lanza

Il-Kanall ta' Navigli

Id-Distrett tan-Navigli

Navigli huwa magħruf għall-kanali tiegħu b’ristoranti u bars komdi. Fil-fatt jidher bħallikieku qiegħed bilqiegħda fuq kanal awtentiku. F’dan id-distrett issib ħafna ħwienet żgħar artiġjanali, disinjaturi u artisti li jbigħu xogħolhom permezz tal-istudjo tagħhom. Għal oġġetti antiki,kull l-aħħar Ħadd tax-xahar mur lejn il-Mercatino dell’Usato di Porta Genova fejn issibt antikitajiet u suq. Tinsiex iżżur l-isqaq Vicolo dei Lavandai fejn titgħallem dwar l-istorja tal-akwata.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu P.TA Genova FS

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
L-Istadium ta' San Siro

L-Istadium ta' San Siro

Il-grawnd tal-futbol ta’ San Siro jinsab fil-Punent ta’ Milan fid-distrett ta’ San Siro u hu id-dar taż-żewġ timijiet tal-futbol A.C. Milan u F.C. Internazzionale. Uffiċjalment iġib l-isem Stadio Giuseppe Meazza, iżda dan l-isem ma tantx se tisma’ aktar dwaru. Għall-partitarji taż-żewġ klabbs u l-klabbs tal-futbol infushom il-grawnd hu San Siro. Interessanti wkoll li parti mill-Olimpjadi tax-Xitwa tal-2026 u l-Paralimpiji tax-Xitwa se jsiru fil-grawnd ta’ San Siro. Inti dilettant tal-futbol ta’ wieħed mill-klabbs ta’ Milan? Tinsiex iżżuru qabel ma jitwaqqa’ l-istadium ta’ San Siro.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu  San Siro Stadio

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.

Żur postijiet oħra viċin Milan

Lago Di Como
Bellagio

Tour ta' ġurnata: Lago di Como u Bellagio

Stagħġeb bix-xenarju tal-muntanji madwar Lago di Como fuq żjara gwidata ta’ jum minn Milan. ix-xenarju Mediterranju u Alpin fuq ‘cruise’ tas-sajf lejn Varenna u Bellagio.

Ser tibda l-vjaġġ tiegħek b’xarabank direttament minn Milan għal Como. Ingħaqad mal-gwida tiegħek f’mawra bil-mixi biex tiskopri l-Katidral ta’ Como u ħaġar prezzjuż storiċi oħra. Irkeb fuq d-dgħajsa privata tul il-Lago di Como u isma kummentarju dirett li jenfasizza l-aqwa villel, ġonna u siti oħra.

Inżel f’Varenna, passiġġata fil-kurituri tal-ġebel ta’ dan ir-raħal pittoresk u ħoss is-seħer tat-toroq kwieti tiegħu. Ser tirkep vapur ieħor lejn Bellagio li hu meqjus bħala wieħed mill-isbaħ bliet fir-reġjun u ser tkun tista’ tgawdi sagħtejn ta’ ħin liberu. Irrilassa u duq ikla reġjonali f’wieħed mir-ristoranti lokali.

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Il-Ferrovija Bernina Express
Il-Kabina minn ġewwa

Esperjenza Unika: St. Moritz and Panoramic Bernina Express Tour

Il-Panoramic Bernina Express joffri esperjenza unika li żgur mgħandekx titlef. L-ebda konnessjoni ferrovjarja oħra ma tgħaqqad it-tramuntana għan-nofsinhar b’tali mod mill-isbaħ fuq ferroviji b’karozzi panoramiċi b’wiċċ tal-ħġieġ.

Filgħodu, ser titlaq b’xarabank minn Milan Piazza della Repubblica lejn il-belt kożmopolitana ta’ St. Moritz. Mal-wasla, ser ikollok ċans tgawdi l-ħin għad-dispożizzjoni tiegħek għal mixja panoramiċi tul iż-żona fejn ikollok ċans għal xi xiri jew tieklu mnn għand il-ħwienet tal-ikel lokali.

Wara nofsinhar ser tmur lejn l-istazzjon tal-ferrovija u tpoġġi bilqiegħda fil-kabina panoramika li toffri l-Bernina Express.
Din ser tkun waħda mill-aqwa esperjenzi kulturali u naturali tal-ħajja fuq ferrovija li tgħaddi minn mhux inqas minn 55 mina, 196 pont u tindirizza faċilment inklinazzjonijiet sa 70 mm/m tul it-triq.
Ammira l-veduta hekk kif il-ferrovija tivvjaġġa lejn il-muntanji. Ħares bi stennija lejn l-muntanja Morteratsch u l-Kurva Montebello li hi famuża fid-dinja. Il-Vjaġġ ikompli lejn il-lagi ta’ Lago Bianco u Laj Neir sa Alp Gruem. Kif tasal ġewwa Tirano, ser issibu x-xarabank biex tagħmlu il-vjaġġ tar-ritorn lejn Milan b’wasla skedata tard filgħaxija.

Importanti: Minħabba domanda kbira għal dan it-tour, importanti ħafna li tibbukja minn qabel biex tiżgura postok li hu riservat.

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide

Taħseb li din l-informazzjoni li provdejna hi ta' għajnuna? Napprezzaw li tgħidulna l-oppinjoni tagħkom fil-kummenti.

2 thoughts on “Milan

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *