Pariġi, il-kapitali ta’ Franza, hi waħda mill-aktar bliet importanti u influwenti fid-dinja. F’dak li għandu x’jaqsam mat-turiżmu, Pariġi hija t-tieni l-aktar belt li jżuruha nies fl-Ewropa wara Londra. F’din il-gwida tal-ivvjaġġar, inti ser issir taf dwar l-aqwa attrazzjonijiet tal-belt, kif ukoll pariri utli tal-ivvjaġġar dwar kif tasal f’Pariġi u kif tiffranka l-flus. Dejjem hu żmien tajjeb biex iżżur Pariġi.
Werrej
Kif ser immur Pariġi?
Pariġi għandha żewġ ajruporti internazzjonali b’aktar minn 2 miljun passiġġier li jgħaddu mill-belt kull sena. Dawn huma l-ajruporti ta’ Charles De Gaulle u Paris Orly. Riċentament żdid ukoll l-ajruport ta’ Beauvais–Tillé. Minn Malta tista’ tivjaġġa lejn dawn l-ajruporti permezz tal-linji tal-ajru KM Malta Airlines u RyanAir.
Nota: Il-Linji tal-ajru Air France u Austrian Airlines jaħdmu permezz ta’ ‘Code Sharing Agreement’ ma’ KM Malta Airlines.
Xtrajt il-biljett tal-Ajru! U issa fejn ser norqod?
Akkomodazzjoni f’Pariġi hi abbundanti. Tant hi abbundanti li jista’ jkun li tħossa diffiċli ħafna li tiddeċiedi liem hi l-aħjar għalik. Il-Mistoqsija li għandek issaqsi hi “X’għandi nikkunsidra qabel nagħżel l-akkomodazzjoni?”
L-aktar punti importanti li għandek tikkunsidra huma:
- L-Akwata.
- Kemm hemm bod mill-atrazzjonijiet li tixtieq iżżur.
- Jekk il-kamra ikolliex ‘Air Condition’ jew ‘Heaters’.
- Il-Kumdita’.
Minn esperjenza ta’ ħafna li marru Pariġi, bħala vjaġġa nirrakomandaw Hôtel Eden Opéra, Hotel Vacances Bleues Provinces Opera, Hôtel La Parizienne by Elegancia u Hotel Perreyve.
Mill-Ajruport għal lukanda
Biex tasal mill-ajruport saċ-ċentru ta’ Korfu għandek numru ta’ għażliet.
L-Għażla li tagħmel jiddependi minn ħafna fatturi:
1. Il-prezz.
2. L-ammont ta’ ħin li ser tieħu biex tasal mill-ajruport għal-akkomodazzjoni.
3. Il-Kumdita’.
Ser naqsmu miegħek l-aktar tliet modi komuni li jintużaw biex int tkun tista’ tifhem u tagħżel l-aħjar għazla għalik.
Mill-Ajruport ta' Charles De Gaulle għaċ-ċentru
Uża s-servizz tal-ferrovija u metro
Il-ferrovija mill-ajruport CDG għal Pariġi hi operata mil-linja RER B. Ir-RER hija ferrovija sub-urbana li tgħaqqad bliet fiż-żona l-kbira ta ‘Pariġi u hi konnessa wkoll mal-linji tal-Metro. Din l-għazla hi l-aktar mod mgħaġġel biex tasal mill-ajruport ta’ Charles De Gaulle għal Gare du Nord.
It-Titjira mil-linja tal-ajru KM Malta Airlines twaqfek ġewwa it-Terminal numru 2. Wara li tkun għaddejt mid-dwana u ġbart il-bagalji tiegħek, oqgħod attent għat-tabelli blu li jindikaw “Gare SNCF/Railway Station” u “Paris par train/Pari by train”. Dik għanda tkun d-direzzjoni tiegħek.
Kiri ta' Taxi
L-Aktar metodu faċli li ma’ jaħliex ħin u li ma’ jkollokx problemi biex iġġor il-bagalji hi ovjament li tibbukja Taxi. Jekk inti tibbukja Taxi minn qabel tkun qiegħed taċċerta ruħek li d-driver ser ikun qiegħed jistenniek fit-terminu tal-‘Arrivals’ u jwaslek quddiem il-bieb tal-lukanda. Żgur u mhux forsi dan hu l-aktar metodu ta’ serħan il-moħħ u ta’ kumdita’.
Bħala vjaġġa nirrakomandaw l-użu ta’ Welcome Pickups. Welcome Pickups hi aġenzija li toffri servizz ta’ Taxi madwar l-Ewropa kollha. Kumpanija serja u li int tista’ isserraħ rasek biex tibda u tispiċċa l-btala tiegħek fuq nota tajba.
Agħfas hawn biex tiskopri kemm tiġi tiswa’ Taxi mill-ajruport għal akkomodazzjoni
Mill-Ajruport ta' Paris Orly għaċ-ċentru
Uża s-servizz tal-ferrovija u metro
Orly Val u Ferrovija (RER B) hija l-aktar mod mgħaġġel biex tmur minn Orly għal Pariġi bit-trasport pubbliku (33 minuta). Il-biljett kombinat għaż-żewġt servizzi jiswa €14.10 li hu ferm orħos milli kieku tixtri l-biljetti tal-ferrovija Orly Val u RER separatament.
Fit-terminal 1, 2 jew 3 ta’ ‘Orly, l-istazzjon Orly Val jinsab fuq il-Livell 1 ħdejn Gate 12D u tkun tista’ takwista l-biljett tiegħek minn hemm. Orly Val tieħdok lejn l-istazzjon tal-ferrovija Antony RER u minn hawn tieħu l-ferrovija RER B lejn Pariġi. Ir-rikba minn Antony għall-istazzjon tal-ferrovija Chatelet-Les Halles tieħu 25 minuta. Imbagħad bl-istess biljett, tista’ tkompli l-vjaġġ tiegħek bil-metro biex tasal fid-destinazzjoni finali tiegħek.
Kiri ta' Taxi
L-Aktar metodu faċli li ma’ jaħliex ħin u li ma’ jkollokx problemi biex iġġor il-bagalji hi ovjament li tibbukja Taxi. Jekk inti tibbukja Taxi minn qabel tkun qiegħed taċċerta ruħek li d-driver ser ikun qiegħed jistenniek fit-terminu tal-‘Arrivals’ u jwaslek quddiem il-bieb tal-lukanda. Żgur u mhux forsi dan hu l-aktar metodu ta’ serħan il-moħħ u ta’ kumdita’.
Bħala vjaġġa nirrakomandaw l-użu ta’ Welcome Pickups. Welcome Pickups hi aġenzija li toffri servizz ta’ Taxi madwar l-Ewropa kollha. Kumpanija serja u li int tista’ isserraħ rasek biex tibda u tispiċċa l-btala tiegħek fuq nota tajba.
Agħfas hawn biex tiskopri kemm tiġi tiswa’ Taxi mill-ajruport għal akkomodazzjoni
Mill-Ajruport ta' Beauvais–Tillé għaċ-ċentru
Uża t-trasport pubbliku
Hemm xarabank apposta li tieħu n-nies mill-Ajruport ta’ Beauvais sa Porte Maillot f’Pariġi (fejn imbagħad tista’ faċilment tieħu l-Metro fil-belt). Ix-xarabank titlaq madwar 20 minuta wara li tasal kull titjira. Segwi s-sinjali sal-uffiċċju tal-biljetti ladarba tasal.
Jekk sejjer minn Pariġi għal ajruport Beauvaise-Tille, hemm xarabank li jitilqu madwar 3 sigħat qabel ma titlaq kull titjira.Tista’ tixtri l-biljetti mill-uffiċju tal-biljetti mill-parkeġġ tal-xarabnk jew mingħand ix-xufier.Il-vjaġġ jieħu madwar 75 minuta u jiswa €17.
Kiri ta' Taxi
L-Aktar metodu faċli li ma’ jaħliex ħin u li ma’ jkollokx problemi biex iġġor il-bagalji hi ovjament li tibbukja Taxi. Jekk inti tibbukja Taxi minn qabel tkun qiegħed taċċerta ruħek li d-driver ser ikun qiegħed jistenniek fit-terminu tal-‘Arrivals’ u jwaslek quddiem il-bieb tal-lukanda. Żgur u mhux forsi dan hu l-aktar metodu ta’ serħan il-moħħ u ta’ kumdita’.
Bħala vjaġġa nirrakomandaw l-użu ta’ Welcome Pickups. Welcome Pickups hi aġenzija li toffri servizz ta’ Taxi madwar l-Ewropa kollha. Kumpanija serja u li int tista’ isserraħ rasek biex tibda u tispiċċa l-btala tiegħek fuq nota tajba.
Agħfas hawn biex tiskopri kemm tiġi tiswa’ Taxi mill-ajruport għal akkomodazzjoni
Il-Metro ta' Pariġi
Tista’ tniżżel il-mappa tal-metro fuq il-mobajl minn hawn
Attrazzjonijiet f'Pariġi
It-Torri Eiffel
It-Torri Eiffel huwa wieħed mill-aktar monumenti popolari fid-dinja. Popolari daqs l-Istatwa tal-Libertà, it-Taj Mahal u t-Torri ta’ Pisa. Din l-attrazzjoni hi ikona ta’ Pariġi (u Franza!). Żgur li trid tesperjenza dan it-torri kemm bi nhar u mal-lejl speċjalment meta issir il-mixgħelha. L-ebda vjaġġ lejn Pariġi mhu komplut mingħajr ma żżur dan il-monument spettakolari. Jekk tixtieq titla’ fuq it-Torri Eiffel, hu importanti ħafna li tixtri l-biljetti minn qabel minħabba l-limitu ta’ nies li jista’ jkollu fuqu fl-istess ħin.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Champ de Mars/Tour Eiffel.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
L'Arc De Triomphe
L-Arc de Triomphe hi waħda mill-aktar attrazzjonijiet spettakolari fi kwalunkwe vjaġġ lejn Pariġi. L-arkata kwadra enormi tinsab fit-tarf tal-punent tat-triq tant famuża ‘Champs-Elysees’. Din it- triq wiesgħa dehret f’ħafna films famużi. F’din l-attrazzjoni tista ‘titla’ fil-quċċata. Ser issib 300 tarġa u fil-quċċata ser issib pjattaforma fejn tista’ tara veduti spettakolari ta’ Pariġi.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Charles de Gaulle Étoile – Champs-Élysées
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Il-Pont Alexandre III
Waħda mill-isbaħ affarijiet dwar Pariġi hi ż-żewġ naħat tagħha separati mix-xmara sabiħa Seine. U fejn hemm xmara dejjem issib xi pontijiet interessanti. Imxi lejn is-Seine (madwar 15-il minuta minn Laduree) biex tara wieħed mill-isbaħ pontijiet f’Pariġi kollha – Pont Alexandre III.
Dan huwa pont importanti ħafna magħruf għall-post ċentrali tiegħu u l-arkitettura mill-aqwa li għandu. Fuq il-pont issib numru ta’ pilastri miksija bi żwiemel bil-ġwienaħ tad-deheb. Il-pont huwa miksi b’lampi antiki li jagħmel dan il-post partikolarment romantiku biex timxi fuqu bil-lejl waqt li tgawdi l-veduta tat-Torri Eiffel u l-Grand Palais.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Champs-Élysées – Clemenceau
Il-Mużew ta' d’Orsay
Musée d’Orsay jinsab 10 minuti il-bod mill-Pont Alexandre III. Biex tasal Musée d’Orsay, aqsam il-pont u segwi l-boulevard tal-arti. Il-bini twil li darba kien stazzjon huwa impressjonanti fuq barra. Madankollu, fuq ġewwa hu tassew isbaħ! Skopri spazju miftuħ vast b’saqaf tal-ħġieġ li fih issib kollezzjonijiet inkredibbli ta ‘xogħol tal-arti. Kemm jekk tħobb l-arti tradizzjonali jew moderna, żgur ser issib xi ħaġa li jolqot il-gosti tiegħek fil-Mużew d’Orsay.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Champs-Élysées – Clemenceau
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Il-Bażilika iddedikata lis-Sacro Cour
Il-Bażilika Sacre-Coeur hi l-ikona ta’ Montmartre. Din il-Bażilika mibnija permezz ta’ ġebel abjad tinsab fil-quċċata tal-għolja li tħares lejn Pariġi. Litteralment tidher aktar bħala palazz milli Bażilika! Tista’ taċċessa l-koppla ċentrali billi titla’ 300 tarġa u fil-quċċata tara veduti panoramiċi ta’ Pariġi.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Abbesses
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Moulin Rouge
Waqt li iddur il-viċinat ta’ Pigalle fejn issib ħafna postijiet pittoreski, ovjament li jiġbed l-għajn hu il-Moulin Rouge. Montmartre darba kienet magħrufa għall-bosta mtieħen li kienu fuq dawn l-għoljiet. Waħda minnhom kienet dar għall-Moulin Rouge (Red Windmill) li matul iż-żmien saret magħrufa għan- “nightlife” taħt l-art u l-burdell.
L-aktar żmien famuż kien bejn iż-żewġ gwerer dinjija meta nies minn kull qasam tal-ħajja kienu jinġabru biex jaraw iż-żfin, il-kant u l-akrobatiċi.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Blanche
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Il-Katidral Notre Dame
Dan il-bini reliġjuż milll-isbaħ hu ikona oħra ta’ Pariġi u mhux ta’ min jitlef. Meqjus wieħed mill-eqdem katidrali gotiċi fid-dinja (mibni bejn l-1163 u l-1245). Ammira l-istatwi affaxxinanti, l-karatteristiċi gotiċi u itla’ l-422 tarġa sal-quċċata tat-torri tal-katidral għal veduti maġiċi taċ-ċentru ta ‘Pariġi.
Nota: Minnħabba in-nirien tal-2019 li kkunsmaw il-Katidral ta’ Notre Dame, il-maġġoranza tal-katidral għadu magħluq għat-tiswijiet. Madankollu, xorta tista’ żżur il-pjazza tal-katidral u tħares lejn n-Notre Dame (kunu konxji li hemm ħafna armar li jkopri l-faċċata) pero tista’ żżur il-kripta.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Cite
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Il-Mużew Louvre
Il-Mużew tal-Louvre hu wieħed mill-aktar famużi fid-dinja kollha. Magħruf li fih tinsab il-pittura ta’ Mona Lisa kif ukoll għal-forma trijangolari uniku li għandu dan il-mużew. Ara nies ta’ kull età jippruvaw jieħdu r-ritratt tipiku tal-‘Louvre’ u jpoġġu t-trijangolu f’idejhom.
Minħabba l-popolarità tal-mużew huwa rakkomandat li tixtru l-biljetti onlajn minn qabel. Jekk ma tħossx li għandek tidħol fil-mużew, tista’ tirrilassa jew tieħu ritratti fil-pjazza jew fil-ġonna li jinsabu qrib.
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Louvre – Rivoli
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
'River Cruise'
Esperjenza ‘River Cruise’ magħtul il- ġurnata jew filgħaxija fuq ix-Xmara Seine. Gawdi l-veduti spettakolari ta’ Pariġi waqt li tisma’ kummentarju awdjo informattiv fuq l-mowbajl tiegħek (disponibbli f’14-il lingwa) biex titgħallem aktar dwar it-Torri Eiffel, il-Mużew tal-Louvre, u attrazzjonijiet oħra.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Żur postijiet oħra viċin Pariġi
Versailles
Attrazzjoni li tista’ żżur minn Pariġi hi Versailles. Iffranka l-ħin permezz ta’ biljetti skip-the-line b’trasferiment konvenjenti bir-ritorn. Dan hu tour impenjattiv li idawrek fil-Palazz ta’ Versailles u l-kmamar storiċi tiegħu.
Dan it-‘tour’ jIbda billi tiltaqa’ f’punt ċentrali f’Pariġi u tirkeb x-xarabank lejn Versailles. Mal-wasla ikollok aċċess għall-palazz minn daħla separata.
Matul il-mawra ta’ 90 minuta ser tara l-appartamenti tal-Istat, il-kamra tas-sodda tar-Re u s-sala emblematika tal-mirja. Ser titgħallem dwar il-figuri ewlenin tal-monarkija Franċiża, mir-Re Louis XIV sa Marie Antoinette u ser tkun informat dwar il-ħafna avvenimenti storiċi affaxxinanti li seħħew fil-kmamar tal-palazz.
Wara li ddur l-palazz, ser ikollok ftit ħin liberu biex iddur madwar il-Ġonna Franċiżi. Gawdu din iż-żjara gwidata tal-ġonna u l-‘estate’ ta’ Marie Antoinette. Fl-aħħar ser tirkeb ix-xarabank għall-vjaġġ tiegħek lura lejn iċ-ċentru ta’ Pariġi.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Mont-Saint-Michel
Mont-St-Michel,lastell – attrazzjoni medjevali ta’ jum minn Pariġi abbord xarabank. Tista’ tagħżel li tmur waħdek, bi gwida jew bi gwida awdjoviżiva. Skopri l-gżira elenkata mill-UNESCO u ara l-abbazija Gotika tagħha. Tgħallem dwar l-istorja affaxxinanti u l-istejjer leġġendarji.
Ser tieqaf għal pawża f’raħal fil-qrib li jmur lura għal żmien in-Normanni u jkollok ċans li ddur it-toroq u l-imogħdijiet dojoq. Fejn l-ixmara Couesnon ser tasal fejn Mont-Saint-Michel li inbena fuq il-gżira li hi ftit mijiet ta’ metri biss. Ser tqatta’ wara nofsinhar tesplora l-monumenti notevoli tal-belt ikklassifikata bħala sit ta’ wirt dinji mill-UNESCO fl-1979. Ħu l-ħin biex tiskopri l-gżira bil-pass tiegħek. Itla’ fuq is-swar biex tagħmel triqtek sa l-abbazija fil-quċċata tal-belt.