M’hemmx dubju li Skopje hi Belt li ftit jikkunsidraw li jżuru minħabba l-fatt li mhux daqsekk popolari magħna l-Maltin. Il-bini, l-iskulturi u l-pontijiet fiċ-ċentru tal-belt kollha jistgħu jiġu esplorati. Ħafna mill-attrazzjonijiet huma f’distanza bil-mixi minn xulxin. Eżempju, tista’ żżur il-Pjazza tal-Maċedonja u wara taqsam il-pont tal-ġebel ta’ nofs is-seklu 15 għall-Belt il-Qadima u l-Bażaar il-Qadim. Jekk qiegħed tikkunsidra li żżur Skopje u l-Maċedonja ta’ fuq, din il-paġna tgħodd għalik.
Werrej
Kif ser immur Skopje?
Skopje għandha ajruport internazzjonali b’aktar minn 2.4 miljun passiġġier li jgħaddu mill-belt kull sena. L-ajruport jismu ‘Skopje International Airport’ u hu magħruf ukoll bħala ‘Skopje Airport Macedonian’. Minn Malta tista’ tivjaġġa b’mod dirett lejn dan l-ajruport permezz tal-linja tal-ajru Wizzair.
Xtrajt il-biljett tal-Ajru! U issa fejn ser norqod?
Akkomodazzjoni fi Skopje hi abbundanti – tant abbundanti jista’ jkun diffiċli ħafna li tiddeċiedi liem hi l-aħjar għaik. Il-Mistoqsija li għandek issaqsi hi “X’għandi nikkunsidra qabel nibbukkja?”
L-aktar punti importanti li għandek tikkunsidra huma:
- L-Akwata.
- Kemm hemm bod mill-atrazzjonijiet li tixtieq iżżur.
- Jekk il-kamra ikolliex ‘Air Condition’ jew ‘Heaters’.
- Il-Kumdita’.
Minn esperjenza ta’ ħafna li marru Skopje, bħala Vjaġġa nirrakomandaw Hotel Vlaho, Hotel Senigallia, Ibis Hotel City Centre u Osten Art Hotel.
Mill-Ajruport għal lukanda
1. Il-prezz.
2. L-ammont ta’ ħin li ser tieħu biex tasal mill-ajruport għal-akkomodazzjoni.
3. Il-Kumdita’.
Kiri ta' Taxi
L-Aktar metodu faċli li ma’ jaħliex ħin u li ma’ jkollokx problemi biex iġġor il-bagalji hi ovjament li tibbukja Taxi. Jekk inti tibbukja Taxi minn qabel tkun qiegħed taċċerta ruħek li d-driver ser ikun qiegħed jistenniek fit-terminu tal-‘Arrivals’ u jwaslek quddiem il-bieb tal-lukanda. Żgur u mhux forsi dan hu l-aktar metodu ta’ serħan il-moħħ u ta’ kumdita’.
Bħala vjaġġa nirrakomandaw l-użu ta’ Welcome Pickups. Welcome Pickups hi aġenzija li toffri servizz ta’ Taxi madwar l-Ewropa kollha. Kumpanija serja u li int tista’ isserraħ rasek biex tibda u tispiċċa l-btala tiegħek fuq nota tajba.
Agħfas hawn biex tiskopri kemm tiġi tiswa’ Taxi mill-ajruport għal akkomodazzjoni
Trasport Pubbliku
Hemm xarabank operata minn WTransporter li tmur mill-ajruport ta’ Skopje għaċ-ċentru tal-belt kulljum. Ix-Xarabnk tieħu madwar 35 minuta biex tkopri d-distanza ta’ 22 km u tiswa biss €3 (MKD 180) għal kull passiġġier. Din żgur hi għażla tajba għal dawk li jivvjaġġaw waħedhom jew li jixtiequ jżommu l-ispejjeż baxxi kemm jista’ jkun. Tista tirkeb ix-xarabank minn fuq il-waqfa tax-xarabank li tinsab barra l-bieb tat-terminal prinċipali fl-ajruport ta’ Skopje.
Żur il-website https://www.wtransporter.com/ biex tkun tista’ tara l-ħinijiet li topera din ix-xarabank u tkun tista’ tixtri l-biljetti.
Attrazzjonijiet f'Skopje
Pjazza tal-Maċedonja
Pjazza tal-Maċedonja hi l-pjazza ewlenija ta’ Skopje. Id-dawra tal-pjazza hi l-akbar fil-Maċedonja ta’ Fuq b’firxa totali ta’ 18,500 m2. Hi tinsab fil-parti ċentrali tal-belt u taqsam ix-xmara Vardar. Il-Villaġġi tal-Milied dejjem isiru hawn kif ukoll iservi bħala s-sit ta ‘avvenimenti kulturali, politiċi u oħrajn. L-indipendenza mill-Jugoslavja ġiet iddikjarata f’din il-pjazza stess mill-ewwel president tal-Maċedonja, Kiro Gligorov.
📌Google Maps: https://maps.app.goo.gl/JTTuEC5NYfkVqUrP7
Kul u ixtri fil-Bażaar l-antik
📌Google Maps: https://maps.app.goo.gl/CX9q4Er7QmoxGmty8
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Tgħallem dwar Madre Tereża
📌Google Maps: https://maps.app.goo.gl/qvvTDrRP9VR9Hx9UA
Mużew tal-Maċedonja
📌Google Maps: https://maps.app.goo.gl/Rg5Dyxq757ogotGe9
Il-Fortizza ta' Kale
📌Google Maps: https://maps.app.goo.gl/kEtZLxyNa1UyPGM36
Is-Salib tal-Millenju
📌Google Maps (Salib tal-Millenju): https://maps.app.goo.gl/QXUz5XKH3A8ZhJyr9
📌Google Maps (Funikular): https://maps.app.goo.gl/4MzePH9Ft7pfUMbu7
Żur postijiet oħra viċin Skopje
Mawra ta’ Ġurnata Sħiħa fil-Kosovo lejn Pristina u Priżren
Dan it-tour li hu twil 10 sijat, jibda billi jiġi t-trasport mil-lukanda tiegħek fi Skopje u tivjaġġa lejn Pristina fejn il-gwida lokali tiegħek tkun qed tistenniek. L-ewwel ser iżżur il-Monasteru Gracanica u mbagħad tasal Pristina fejn tibda t-tour ta’ Pristina. L-ewwel waqfa tiegħek tkun il-Librerija Nazzjonali tal-Kosovo, bini b’disinn arkitettoniku modern. Il-Waqfiet li jmiss huma l-park arkeoloġiku bi fdalijiet mill-perjodu Neolitiku, il-Mużew Kosova mibni mill-Awstrijaċi għall-armata Torka fl-1898 li għandu kollezzjoni estensiva ta’ fdalijiet arkeoloġiċi u etnoloġiċi inkluż l-Alla Neolitika fuq tron magħmula mit-terrakotta, il-Moskea ta’ Çarshi li hi l-eqdem bini fi Pristina mibni fis-seklu 15 mis-Sultan Tork Bajazit, il-Bini tal-Akkademja li huma djar privati minn żmien l-Ottomani tas-seklu 19, il-Moskea Fatih u il-Moskea Imperjali li hi mibnija fl-1461 taħt is-Sultan Tork Mehmed II Fatih u l-Kbir Hammam, kumpless tal-banju mibni fl-1470 bi 15-il koppla b’toqob żgħar biex tħalli d-dawl jidħol, Il-Kumpless Emin Gjiku li hu bini ferm ippreservat tajjeb tas-seklu 18 u huwa l-uniku bini oriġinali li baqa’ fiż-żona tal-bazaar l-antik u finalment it-Torri ta’ Gazimestan.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Mawra speċjali ta' ġurnata għar-raħal ta' Ohrid
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Mawra lejn il-Park Nazzjonali Mavrovo
Il-Park Nazzjonali ta’ Mavrovo huwa l-akbar mill-erba’ parks nazzjonali tal-Maċedonja ta’ Fuq. L-eżenzjoni tal-park fih tliet sistemi tal-muntanji Alpi: il-muntanji Šar, Korab u Bistra. Dawn il-muntanji huma distinti minn ktajjen ta’ muntanji. Bejn it-tliet muntanji testendi l-Gorge Radika għal aktar minn 25 km. Ir-reġjun ta’ Mavrovo ifakkrek fl-Alpi tal-Isvizzera.
Il-vjaġġ tiegħek se jibda billi jiġi għalik t-trasport fi Skopje u f’madwar 80 minuta taslu f’Mavrovo . Wara l-wasla ser iżżuru l-Knisja ta’ San Nikola, mibnija fl-1850 b’ikoni miżbugħin mil-leġġenda tal-Maċedonja Dicho Zograf. Fir-raħal se żżuru familja żagħżugħa li ddeċidiet li tiċċaqlaq minn Skopje u trabbi lit-tfal tagħhom f’Mavrovo fil-fond tan-natura, ‘il bogħod mill-ġenn ta’ bliet il-kbar. Hawnhekk ser ikolkom ċans li tnaqru xi ħaġa żgħira qabel ma’ timxu lejn ir-raħal Galičnik. Fit-triq lejn id-destinazzjoni li jmiss tagħkom ser tammiraw il-kampanja sabiħa tal-madwar u ma jonqosx l-ammont kbir ta’ nagħaġ.
Galičnik għandha arkitettura tradizzjonali ppreservata, inkluż teatru fil-pjazza tar-raħal, l-arti reġjonali, lilbiesi u l-mużika li huma rikki fid-dettall u oriġinali. Galičnik huwa famuż għall-kampanja tal-madwar u r-riżerva naturali tiegħu iżda fuq kollox għall-użanza tradizzjonali tat-tieġ li ssir kull sena fis-sajf (f’Lulju) fil-jum tal-festa tar-raħal tal-patrun San Pietru. F’Galičnik ser tagħmlu żjara ta’ xi wħud mid-djar fejn tagħtu ħarsa lejn il-mod tipiku tal-kostruzzjoni u iżżuru il-knisja ċentrali tar-raħal iddedikata lil San Pietru u San Pawl. F’Galičnik ser tgawdu minn ikla tradizzjonali sabiħa fir-ristorant ta’ familja Lokali li huma l-uniċi abitanti fir-raħal fiż-żmien tax-xitwa.
San Ġwann Bigorski hi l-aħħar destinazzjoni ta’ dan il-vjaġġ. Monasteru moħbi fil-muntanji, b’1000 sena ta’ storja, b’inqix fl-injam eċċezzjonali u ordni monastika. Ħafna nies jiġu hawn fit-tfittxija għall-paċi u l-libertà tagħhom. Tart wara nofsinhar titilqu lejn Skopje, fejn it-trasport ser iwaqqafkom lura fejn il-lukanda.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Mawra lejn Matka Canyon u Tetovo
F’dan it-tour ser iżżur tliet postijiet differenti f’ħin ta’ 7 sijat. It-tour jibda billi t-trasport jiġi għalik mil-lukanda u tibdew it-triq tagħkom lejn Matka Canyon – wieħed mill-isbaħ canyons fl-Ewropa. F’Matka Canyon ser tirkbu dgħajsa (mhux inkluż fil-prezz pero tiswa’ €8.50 biss) biex iżżuru l-grotta ta’ Vrello liema parti minna tinstab taħt l-ilma. Waqt il-vjaġġ bid-dgħajsa ser tkunu tistgħu tammiraw l-isbuħija naturali li joffri Matka Canyon. Dan il-Canyon hu d-dar ta’ ħafna speċi fostom tipi ta’ għasafar u friefet rari.
It-Tour ser ikompli billi żżuru l-belt ta’ Tetovo fejn ser ikolkom ċans taraw (minn ġewwa u barra) il-Moskea kkulurita, li hi l-punt ta’ referenza tal-belt Tetovo. Il-Moseka hi meqjusa bħala unika u l-isbaħ fil-balkani, din il-Moskea mhux ta’ min jitlifa.
Wara li żżuru l-moskea tmorru lejn l-aħħar post li hu l-Arabati Baba Teke. Hawnhekk ser titgħallem aktar dwar l-ordni Bektasi, ordni mistika Iżlamika li toriġina fis-seklu 13. Kif tispiċċaw minn din iż-żjara issibu t-trasport li joħodkom lura l-lukanda ġewwa skopje.
Bhala flus hemm bzonn li insarfu min Malta ? Jew nistaw nuzaw l euro xorta wahda ?
Jaqbillek issarraf minn Malta għaliex jekk issarraf flus mill-ajruport ġewwa Skopje, ser ikollok rata tal-kambju mhux favorevoli.
Prosit
Grazzi Simon!