Ruma hi waħda mill-ibliet l-aktar ikoniċi u l-aktar vjaġġati fl-Ewropa bi storja antika u rikka.  B’taħlita ta’ kulturi minn madwar id-dinja, Ruma għandha kollox. Din il-Belt tirrikjedi ppjanar bir-reqqa għaliex hi mimlija turisti u issa l-biċċa l-kbira tal-attrazzjonijiet ikkrejaw sistema ta’ time-slots għaż-żjarat b’numru limitat ta’ nies li jistgħu jiddaħħlu għal kull time-slot. Filfatt xi attrazzjonijiet lanqas biss għandhom uffiċċju tal-biljetti fiżiku! 

Ruma hi wkoll ġenna tal-ikel. Kċina ta’ klassi dinjija,  gabbani każwali u pizzez takeaway. Hawn hi l-gwida tagħna jekk int ser  tivvjaġġa għal Ruma!

Werrej

Kif ser immur Ruma?

Ruma għandha żewġ ajruporti internazzjonali b’aktar minn 40 miljun passiġġier li jgħaddu mill-belt kull sena. Dawn huma l-ajruport ta’ Leonaro Da Vinci-Fiumicino u Giovan Battista Pastin magħruf aktar bħala ‘Ciampino Airport’.  KM Malta Airlines, Ryan Air u ITA Airways joffru titjiriet diretti lejn dawn iż-żewġ ajruporti.

Xtrajt il-biljett tal-Ajru! U issa fejn ser norqod?

Akkomodazzjoni f’Ruma hi abbundanti. Tant hi abbundanti li jista’ jkun li tħossa diffiċli ħafna li tiddeċiedi liem hi l-aħjar għalik. Il-Mistoqsija li għandek issaqsi hi “X’għandi nikkunsidra qabel nagħżel l-akkomodazzjoni?”

L-aktar punti importanti li għandek tikkunsidra huma:

  • L-Akwata.
  • Kemm hemm bod mill-atrazzjonijiet li tixtieq iżżur.
  • Jekk il-kamra ikolliex ‘Air Condition’ jew ‘Heaters’.
  • Il-Kumdita’. 

Minn esperjenza ta’ ħafna li marru Ruma, bħala vjaġġa nirrakomandaw Hotel Gea Di Vulcano , Navona Theatre Hotel, Eccelso Hotel u Hotel Paolo II

Fittex akkomodazzjoni oħra gewwa Ruma minn hawn.

Mill-Ajruport għal lukanda

Mappa ta' Ruma

Biex tasal mill-ajruport saċ-ċentru ta’ Ruma għandek numru ta’ għażliet. 

L-Għażla li tagħmel jiddependi minn ħafna fatturi:
1. Il-prezz.
2. L-ammont ta’ ħin li ser tieħu biex tasal mill-ajruport għal-akkomodazzjoni.
3. Il-Kumdita’.

Ser naqsmu miegħek l-aktar tliet modi komuni li jintużaw biex int tkun tista’ tifhem u tagħżel l-aħjar għazla għalik.

Kiri ta’ Taxi mill-Ajruport għal Lukanda

L-Aktar metodu faċli li ma’ jaħliex ħin u li ma’ jkollokx problemi biex iġġor il-bagalji hi ovjament li tibbukja Taxi. Jekk inti tibbukja Taxi minn qabel tkun qiegħed taċċerta ruħek li d-driver ser ikun qiegħed jistenniek fit-terminu tal-‘Arrivals’ u jwaslek quddiem il-bieb tal-lukanda. Żgur u mhux forsi dan hu l-aktar metodu ta’ serħan il-moħħ u ta’ kumdita’.

Bħala vjaġġa nirrakomandaw l-użu ta’ Welcome Pickups. Welcome Pickups hi aġenzija li toffri servizz ta’ Taxi madwar l-Ewropa kollha. Kumpanija serja u li int tista’ isserraħ rasek biex tibda u tispiċċa l-btala tiegħek fuq nota tajba.

Agħfas hawn biex tiskopri kemm tiġi tiswa’ Taxi mill-ajruport għal akkomodazzjoni

Ferrovija

Leonardo Express li twaslek mill-ajruport Fiumicino dirett għal-istazzjoni Roma Termini
It-Trasport permezz ta’ ferrovija mill-Ajruport għaċ-ċentru hi alternattiva oħra. Jekk ser tasal ġewwa l-Ajruport ta’ Fiumicino,  l-istazzjon tal-ferrovija tal-ajruport jista ‘jinstab ħdejn Terminal 3 li jgħaqqad l-Ajruport Fiumicino maċ-ċentru tal-belt u  ħafna destinazzjonijiet barra minn Ruma. Għandek żewġt tipi ta’ ferroviji:  il-ferroviji express jew il-ferroviji reġjonali.
 
L-iktar għażla mgħaġġla u popolari hi l-Leonardo Express. Is-servizz huwa bla waqfien, dirett u jieħu biss 32 minuta biex jilħaq l-istazzjon Roma Termini.
 
Jekk il-lukanda jew id-destinazzjoni tiegħek ma tkunx qrib l-Istazzjon ta’ Roma Termini, l-għażla l-oħra hi li tieħu ferrovija reġjonali fuq il-linja FL1. Madankollu, dan is-servizz jieħu 50 minuta biex jilħaq iċ-ċentru. Il-ferroviji FL1 jieqfu fl-istazzjonijiet ewlenin f’Ruma.

Xarabank (Shuttle Bus)

Hemm ħafna kumpaniji jamministraw is-servizz tal-karozzi tal-linja bejn Fiumicino u ċ-ċentru tal-belt ta’ Ruma li kollha joffru servizz, prezz u vjaġġ simili.Bħala vjaġġa nirrakomandaw lil Sit Bus. Sit Bus jgħaqqad terminal 3 ma’ Piazza Cavour u  Roma Termini. Il-biljett jiswa 6 euro u l-ħinijiet li joperaw huma bejn 08.30AM sa 00.30AM. Tista’ tikseb il-biljett tiegħek minn hawn.

Sadanittant jekk qed tasal fl-Ajruport ta’ Ciampino, tista’ tuża ‘shuttle bus’  offruta ukoll minn Sit Bus. Din tieħdok fiċ-ċentru ta’ Ruma bl-aħħar waqfa tkun fl-istazzjon ta’ Roma Termini. Issib ix-xarabank ladarba toħroġ mis-sala tal-wasliet internazzjonali. Tista’ tikseb il-biljett tiegħek minn hawn.

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
Powered by GetYourGuide

Il-Metro ta' Ruma

Tista’ tniżżel il-mappa tal-metro fuq il-mobajl minn hawn

Attrazzjonijiet u postijiet familjari f'Ruma

Kolossew

Kolossew

L-attrazzjoni numru 1 ta’ Ruma hi l-Kolossew; l-anfiteatru kbir li kien jiflaħ fih 65,000 spettatur fi żmien ir-Rumani isegwu il-gladjaturi jiġġieldu ma’ xulxin u jaraw ukoll xi annimali selvaġġi fl-arena. Il-Kolossew hu meqjusa bħala wieħed mis-seba’ għeġubijiet moderni tad-dinja. Mill-fdalijiet ġganti tal-Kolossew, tista’ żżur l-istands, l-arena u l-ispazji taħt l-art tal-akbar anfiteatru Ruman. 
 
Nota: Minħabba n-numru kbir ta’ viżitaturi, dejjem huwa meħtieġ li tibbukkja l-biljetti tal-Kolossew minn qabel. Biljett ivarjaw bejn  Є35-Є55 u jkopri: l- Aċċess prijoritarju esklussiv għall-Kolossew, il-Forum Ruman u l-Għolja Palatina fuq żjara gwidata. 
 
 
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Colosseo
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
Powered by GetYourGuide
Fontana Di Trevi

Il-Funtana ta’ Trevi ta’ Ruma

L-aktar funtana famuża fil-kapitali tal-Italja u forsi anke tad-dinja hi il-‘Fontana di Trevi’. Din il-funtana barokka li inbniet fis-seklu 18 hi l-attrazzjoni li dejjem tara fil-lista ta’ ”l-aħjar affarijiet li tagħmel f’Ruma’. Il-punt ta’ referenza hu l-monument li juri lill-alla tal-baħar Nettunu fuq il-karru tiegħu. L-ebda żjara lejn il-Belt ta’ Ruma ma tkun kompluta mingħajr ma titfa’ munita fil-Funtana ta’ Trevi peress li dan ifisser li l-persuna li titfa’ l-munita xi darba se terġa’ lura Ruma l-Italja’.

Attivita

Esperjenza żjara gwidata fil-fond ta’ wieħed mill-aktar monumenti emblematiċi ta’ Ruma, il-Funtana ta’ Trevi. Ikxef il-misteri moħbija tagħha u l-fatti inqas magħrufa, u esplora s-sit arkeoloġiku taħtu.
 
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Barberini
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
Pantheon

Pantheon

Wieħed mill-bini l-aħjar miżmum minn żmien ir-Rumani huwa l-Pantheon. X’funzjoni kellu l-bini f’dak il-jiem għadha mhix ċara iżda l-Panteon ingħata lill-Papa mill-imperatur Hadrijan fis-sena 608. Il-knisja attwali għandha diversi monumenti funerarji uniċi (fosthom tal-pittur Raphael u ftit rejiet Taljani). Karatteristika unika hi l-koppla kbira u miftuħa (oculus).  Biex taċċessa il-Panteon Ruman għandek bżonn tixtri biljetti. Teżisti l-possibilta li takkwista biljett ‘Skip The Line’ li l-prezz hu ta’ €8. Apparti li tidħol mill-ewwel għandek inkluż il-gwida.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Barberini

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide

Piazza del Popolo

Il-Piazza del Popolo hi pjazza kbira neoklassika mis-seklu 19 li oriġinarjament maħsuba biex tilqa’ viżitaturi li daħlu fil-belt ta’ Ruma mit-tramuntana. Attrazzjonijiet notevoli fil-pjazza huma ż-żewġ knejjes identiċi mibnija fuq xulxin, il-bieb tal-belt ‘Porta del Popolo’, Torri Eġizzjan enormi u t-taraġ li jħalluk titla’ l-Għolja ta’ Pincio biex tara veduta mill-isbaħ.

Din attrazzjoni li m’hemm bżonn l-ebda ħlas biex iżżura.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Flaminio–Piazza del Popolo

Bażilika ta’ San Pietru

Bażilika ta’ San Pietru

Il-Bażilika ta’ San Pietru jew ‘Basilica di San Pietro in Vaticano’ hi ċ-ċentru spiritwali tal-Knisja Kattolika u r-residenza tal-Papa. Il-Bażilika enormi, li tinsab fl-istat indipendenti tal-Belt tal-Vatikan u biswit Pjazza San Pietru inbniet fuq dak li hu maħsub li hu l-qabar ta’ Pietru. Il-Bażilika ta’ San Pietru fiha kapolavuri ta’ Bernini u ‘La Pieta’ ta’ Michelangelo. Tista’ iżżur il-kripti b’148 qabar papali. Ippjana ż-żjara tiegħek f’San Pietru sew qabel.

Nota: Biljetti iridu jinxtraw minn qabel biex tevita’ sijat twal ta’ stennija. Ammont kbir ta’ nies iżuru l-vatikan! 

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Ottaviano

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
Kappella Sistina

Mużewijiet tal-Vatikan u Kappella Sistina

Matul is-sekli, il-papiet ġabru kollezzjoni enormi ta’ arti li tvarja minn oġġetti Rumani u fdalijiet reliġjużi għal pitturi. Fil-Mużewijiet tal-Vatikan tista’ żżur 54 kamra imżejna b’mod rikk u tara dawn it-teżori tal-arti tal-knisja Kattolika. Il-qofol għal ħafna viżitaturi x’aktarx li tkun il-famuża Kappella Sistina. Il-kappella b’affreski mill-isbaħ ta’ Michelangelo li hi magħrufa l-aktar bħala s-sit tal-konklavi meta jiġi elett Papa ġdid.
 
Nota: Ix-xiri ta’ biljetti skip-the-line huwa meħtieġ biex iżżur il-mużew fil-ħin mixtieq tiegħek.

Ixtri l-biljett skip-the-line minn hawn.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI U IL-ĠURNATA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
Kastel Sant'Anġlu

Kastel Sant'Anġlu

Oriġinarjament, il-Kastel Sant’Anġlu kien mausoleum għall-Imperatur Hadrijan. Wara li l-arkanġlu Mikiel deher hawn fis-sena 590 u temm il-pesta, il-Papa Piju II kellu statwa kbira tal-bronż tal-anġli mqiegħda fuq il-kastell. Il-Kastell tal-Anġlu Qaddis kien parti mid-difiżi ta’ Ruma u kien joffri post fejn il-papiet setgħu jieħdu kenn peress li l-Vatikan kien imqabbad miegħu permezz ta’ mina.

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
Pjazza Navona

Pjazza Navona

Din il-pjazza famuża  għandha l-forma tawwalija tagħha għall-iskop oriġinali tagħha bħala ‘stadium’ tal-atletika Ruman. Interessanti fuq il-pjazza jinkludu numru ta’ funtani, bħal ‘La Fontana dei Quattro Fiumi’ ta’ Bernini, obelisk interessanti u tista’ żżur l-iskavi tal-istadium l-antik ta’ Domizjanu. Barra minn hekk, Piazza Navona hija pjazza vivaċi b’ħafna artisti tat-triq, kafetteriji u terrazzi.
 

Din attrazzjoni li m’hemm bżonn l-ebda ħlas biex iżżura.

Attivita: Esperjenza unika li tiprepara u tagħmel l-ikel inti stess. Permezz ta’ chef li jigwidak tul il-proċess kollhu, inti tkun tista’ tagħmel l-għaġin mill-bidu, timla’ l-pizza b’dak li tixtieq u anke tiprepara xi deżerta!

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Barberini

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Piazza Di Spagna

Pizza Di Spagna

F’riġlejn il-knisja Franċiża ‘Trinita dei Monti’ jinsabu l-135 tarġa tal-Passi Spanjoli. Ħdejn il-Passi Spanjoli li jinsabu f’Piazza di Spagna issib funtana distintiva minn Pietro Bernini. Il-Passi Spanjoli tas-seklu 18 kibru bħala attrazzjoni popolari minħabba l-fatt  li fuq il-quċċata tat-taraġ tara’ veduta mill-isbaħ ta’ Ruma.

Din attrazzjoni li m’hemm bżonn l-ebda ħlas biex iżżura.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Spagna

Gallerija Villa Borghese

Gallerija Villa Borghese

L-isem ‘Villa Borghese’ jirreferi għall-akbar u l-isbaħ park f’Ruma. F’ħin minnhom, din il-proprjetà kienet tal-kardinal għani ħafna Scipione Borghese u nbniet madwar il-villa bl-istess isem. Mill-1903, ilha fil-pussess tal-muniċipalità ta’ Ruma u sservi bħala park pubbliku. Il-‘Galleria Borghese’ hi mużew li turi l-kollezzjoni kbira tal-arti privata ta’ Borghese. Il-gallerija fiha skulturi u pitturi ta’ artisti bħal Caravaggio, Rubens, Bernini u Leonardo da Vinci.

Irriżerva l-post tiegħek għal Gallerija Villa Borghesey billi takwista’ biljett tad-dħul bil-ħin. Ara u apprezza x- xogħlijiet tal-arti mill-perjodi tar-Rinaxximent, Rumani u Barokk li jinsabu fil-gallerija kollha.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Spagna

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore

Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore

Il-Bażilika Papali ta’ Santa Maria Maggiore hi waħda mill-erba’ knejjes papali u hi l-akbar knisja Marjana f’Ruma l-Italja. Il-knisja fuq l-għolja Esquiline hi tas-seklu 5 u għad fiha ħafna mużajk awtentiku waqt li għanda wkoll saqaf tad-deheb distintiv. Jingħad li hemm anke biċċiet tal-injam mill-presepju ta’ Ġesù taħt l-artal.

Ammira t-taħlita ta’ stili arkitettoniċi u s-sinifikat storiku tal-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore li hi l-akbar knisja f’Ruma ddedikata lill-Verġni Marija permezz ta’ Gwida li tispjega’ fid-dettal l-istorja divina ta’ din il-Bażilika.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu  Roma Termini

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Powered by GetYourGuide
Monument ta’ Vittorio Emanuele II

Monument ta’ Vittorio Emanuele II

Wieħed mill-aktar monumenti notevoli ta’ Ruma, il-monument tal-ewwel re Taljan Vittorio Emanuelle II, jinsab ħdejn il- Piazza Venezia. Il-bini jissejjaħ ukoll ‘Altare della Patria’ – l-artal tal-patrija u jfakkar l-unifikazzjoni tal-Italja. Il-bini abjad kolossali fih ukoll mużew u l-qabar tas-suldat mhux magħruf li hu mgħasses minn żewġ suldati.

Din attrazzjoni li m’hemm bżonn l-ebda ħlas biex iżżura.

 
📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Colosseo
Bażilika ta’ San Clemente al Laterano

Bażilika ta’ San Clemente al Laterano

Il-bażilika iddedikata lill-Papa Klement I mhijiex waħda mill-aktar knejjes impressjonanti ta’ Ruma mal-ewwel daqqa t’għajn. Dak li jagħmel din il-Bażilika speċjali hu li nbnew diversi bini ta’ knejjes fuq xulxin matul is-sekli. Matul iż-żjara tiegħek, ser ikollok l-opportunità li ssir taf l-istorja tal-knisja permezz ta’ skavi ta’ knisja tar-4 seklu, knisja sigrieta mill-1 seklu u fondazzjonijiet Rumani.

Permezz ta’ Gwida inżel 100 pied fis-sit arkeoloġiku ta’ San Clemente taħt l-art u skopri 2,000 sena ta’ storja waqt li fil-knisja tesplora l-mużajk tad-deheb famuż tas-seklu 12.

📌 L-Istazzjon l-aktar viċin l-attrazzjoni hu Manzoni

AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.

Attivitajiet oħra li tista' tagħmel ġewwa Ruma

Skopri l-ikel tat-triq ta' Ruma bi gwida lokali.
Pub Crawl b'open bar u Pizza
Hop-On Hop-Off Panoramic
Bioparco di Roma Zoological Garden
Kors ta' kif tagħmel l-għaġin

Taħseb li din l-informazzjoni li provdejna hi ta' għajnuna? Napprezzaw li tgħidulna l-oppinjoni tagħkom fil-kummenti.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *