Zakopane hi l-kapitali tax-xitwa ġewwa l-Polonja u tinsab imdaħħla taħt il-Muntanji Tatra fil-qalba tal-Muntanji Karpazji. F’sagħtejn biss minn Krakovja (Krakow) hi faċli li tilħaq dan il-villaġġ fejn issib għażla kbira t’attivitajiet li tista’ tagħmel fostom mixi, skiing, tgawdi n-natura, tgħum f’Thermal Baths li jkollom temperatura ta’ 27 Grad Celcius waqt li t-temperatura ta’ barra tkun -10 Grad Celcius u tiskopri kultura ġdida.
X'ser issib fuq dan l-artiklu?
Li tagħżel meta żżur Zakopane hi pjuttost importanti. Il-belt hi TOTALMENT differenti fis-sajf u fix-xitwa, fir-rebbiegħa u fil-ħarifa. Filfatt hemm żewġ staġuni popolari. L-ewwel hi x-xitwa meta Zakopane issir iċ-ċentru tal-iskijar u ‘s-snowboarding’ għall-pajjiż kollu. Ma tissejjaħx il-kapitali tax-xitwa tal-Polonja għalxejn! It-tieni hu s-sajf hekk kif l-iskola tieqaf u t-temp jisħon, iwassal għall-istaġun ewlieni tal-mixi fit-Tatras.
Minħabba li l-ħin tal-vjaġġ tiegħek lejn Zakopane hu parti daqshekk ċentrali ta’ kif ser tesperjenza din il-belt, hu tassew importanti li tieħu ħsieb it-tip ta’ temp u attivitajiet li inti tista’ tagħmel.
Ħaġa li żġur hi importanti li navżaw hi ġo Zakopane ma’ jaċċettawx il-flus EURO u għalekk hu importanti li tordnaw il-flus Pollakki (Zloti) minn qabel. Sfortunatament ma’ tantx issib ħwienet li jaċċettaw pagamenti bil-karta tal-bank.
Kif ser immur Zakopane?
Sfortunatament ma’ tistax tmur dirett Zakopane bl-ajruplan. L-aktar ajruport viċin hu dak ta’ Krakovja (satejn bod) u l-ajruport ta’ Katowice (tliet sijat bod). Bħala linji tal-ajru li joperaw titjiriet lejn dawn l-ajruporti insibu lil Wizzair u Ryanair.
Xtrajt il-biljett tal-Ajru! U issa fejn ser norqod?
L-Akkomodazzjoni fiċ-ċentru ta’ Zakopane mhux daqsekk abbundanti minħabba l-fatt li dan il-villaġ mhux kbir pero’ fl-akwati viċin ta’ Zakopane għandek issib akkomodazzjoni vasta. Apparti l-lukandi, nissuġerixxu li tesperjenzaw ‘Wood Cabins’ qalb in-natura u l-muntanji li jkunu attrezzati bl-affarijiet kollha li jkollok bżonn bħal meta tikri appartament.
L-aktar punti importanti li għandek tikkunsidra huma:
- L-Akwata
- L-Attrazzjonijiet li ser iżżur
- ‘Air Condition’ u l-‘Heating’
- Il-Kumdita’
Minn esperjenza ta’ ħafna li żaru Zakopane, bħala Vjaġġa nirrakomandaw: Hotel Murowanica, Hotel Gromada Zakopane, Hotel Aquarion Family & Friends u Hotel Skalny
Mill-Ajruport għal lukanda
Bħal ma diġa semmejna fl-introduzzjoni ta’ din id-destinazzjoni, hemm daqxejn bod bejn l-ajruporti ta’ Krakovja / Katowice u l-villaġ ta’ Zakopane. Hemm tliet modi kif tista’ tivjaġġa mill-ajruporti bi tlieta li huma ser jieħdu ħin ta’ bejn satejn u erba’ sijat.
Minn Krakova għal Zakopane:
- Taxi, Van jew Xarabank: Satejn
- Ferrovija: Tliet sijat u nofs
- Xarabank (Shuttle Bus)
Minn Katowice għal Zakopane:
- Taxi, Van jew Xarabank: Tliet Sijat
- Ferrovija: Ħames Sijat
- Xarabank (Shuttle Bus)
Mill-Ajruport ta' Krakovja
Kiri ta' Taxi
L-ivvjaġġar direttament mill-ajruport ta’ Krakovja għal Zakopane huwa possibli biss bit-taxi. Ir-rikba tat-taxi mill-ajruport ta’ Krakovja tieħu madwar sagħtejn u bħala medja il-prezz totali jiswa 100€ (400PLN).
Għal dan il-vjaġġ qegħdin nirrakomandaw l-użu ta’ Taxi’s provduti minn Get Your Guide minħabba l-fatt li dan il-vjaġġ normalment jiġi offrut minn sewwieqa lokali u hu prezz raġonevoli ħdejn dak li jiġi offrut mit-Taxi’s li ssib fl-ajruport.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI
'Shuttle Bus'
Il-karozza tal-linja mill-Ajruport ta’ Kraków sa Zakopane tista’ tieħu mill-inqas sagħtejn u 45 minuta u tibda bi prezz baxx ta’ €10.98. L-ewwel karozza tal-linja tal-ajruport titlaq fl-04:45AM u l-aħħar karozza tal-linja titlaq fid-1.45pm. Il-kumpanija Flexibus torganiżża 4 karozzi tal-linja mill-ajruport kuljum bejn l-Ajruport ta’ Kraków u Zakopane. Fuq ix-xarabank ikollok Wifi kumplimentari, aċċess għal sockets tal-enerġija u siġġu komdu matul il-vjaġġ tiegħek.
Biex tibbukja din ix-xarabank, trid tibbukja dirett minn fuq il-website tagħhom billi tafas hawn.
Trasport Pubbliku
L-orħos mod biex tasal għal Zakopane mill-Ajruport ta’ Krakovja hu li tirkeb ferrovija express mill-ajruport ta’ Krakovja direttament għall-istazzjon tal-ferrovija fiċ-ċentru tal-belt li tieħu madwar 15-il minuta. Il-Ferrovija tibda direttament mill-pjattaforma li tinsab madwar 200 metru mit-terminal tal-passiġġieri. In-noll hu madwar €1.50. Ħdejn l-istazzjon tal-ferrovija fi Krakovja għandek issib stazzjon tal-karozzi tal-linja b’konnessjoni ta’ spiss ma’ Zakopane. Nirrakkomandaw li l-karozzi tal-linja jappartjenu lill-kumpanija Max Bus. In-noll huwa madwar €6.70 . Tieħu aktar minn sagħtejn biex tasal bil-karozza tal-linja sa Zakopane
Mill-Ajruport ta' Katowice
Kiri ta' Taxi
L-ivvjaġġar direttament mill-ajruport ta’ Katowice għal Zakopane huwa possibli biss bit-taxi. Ir-rikba tat-taxi mill-ajruport ta’ Katowice tieħu madwar tliet sijat u bħala medja il-prezz totali jiswa 100-150€ (400-600PLN).
Għal dan il-vjaġġ qegħdin nirrakomandaw l-użu ta’ Taxi’s provduti minn Viator minħabba l-fatt li dan il-vjaġġ normalment jiġi offrut minn sewwieqa lokali u hu prezz raġonevoli ħdejn dak li jiġi offrut mit-Taxi’s li ssib fl-ajruport.
'Shuttle Bus'
Il-karozza tal-linja mill-Ajruport ta’ Katowice sa Zakopane tista’ tieħu mill-inqas 4 sijat u 45 minuta u tibda bi prezz baxx ta’ €14.99. L-ewwel karozza tal-linja tal-ajruport titlaq fl-04:55AM u l-aħħar karozza tal-linja titlaq fit-2:50PM. Il-kumpanija Flexibus torganiżża 2 karozzi tal-linja mill-ajruport kuljum bejn l-Ajruport ta’ Katowice u Zakopane. Fuq ix-xarabank ikollok Wifi kumplimentari, aċċess għal sockets tal-enerġija u siġġu komdu matul il-vjaġġ tiegħek.
Biex tibbukja din ix-xarabank, trid tibbukja dirett minn fuq il-website tagħhom billi tafas hawn.
Trasport Pubbliku
Sfortunatament, m’hemm l-ebda servizz dirett ta’ xarabank mill-Ajruport ta’ Katowice għal Zakopane. L-ewwel ser ikollok bżonn tieħu l-karozza tal-linja AP lokali fiċ-ċentru tal-belt ta ‘Katowice, imbagħad tirkeb il-Flixbus minn hemm għal Zakopane. Minħabba din il-bidla, il-ħin totali tal-vjaġġ mhux inklużi l-ħinijiet ta ‘stennija, se jkun qrib il-5 sigħat. Madankollu, l-ispiża ta’ dan il-vjaġġ fuq il-karozza tal-linja tista’ tkun mill-inqas €11.50 (PLN 54) u dan jagħmilha ferm affordabbli.
Min naħa tagħna ma’ nirrakomandawx l-użu tat-trasport pubbliku minħabba l-ammont ta’ ħin li ser taħlu biex tivjaġġaw mill-ajruport għal Zakopane.
Attrazzjonijiet f'Zakopane
Krupowki Street
Żgur mhux forsi l-aktar triq famuża ġewwa Zakopane hi Krupowki Street. Din hi t-triq prinċipali tal-belt kollha. Krupowki Street tgħaddi għal aktar minn kilometru miċ-ċentru u tospita sensiela ta’ attrazzjonijiet meraviljużi. Hi wkoll ċentru għas-suq, kemm jekk qed tolqot il-monti tas-suq għall-ġobon tan-nagħaġ fuq il-grilja jew jekk tridx ikel gourmet ‘highlander’ f’taverna tradizzjonali. Aktar minn kull ħaġa, Krupowki hi post rilassanti u vivaċi fejn tkun, mimli xiri u attivitajiet x’tagħmel.
Nota: Din hi attrazzjoni b’xejn u bhekk m’hemmx għalfejn isir xi booking jew ħlas biex iżżur din l-attrazzjoni.
📌 Google Maps:https://maps.app.goo.gl/cXLGSmFsDEzCviGu7
L-Għolja Gubalowka
L-ebda vjaġġ lejn Zakopane ma jista’ jkun komplut mingħajr ma’ żżur l-għolja ta’ Gubalowka. Gubalowka hi wkoll ħafna aktar minn sempliċiment għolja. Hi attrazzjoni ewlenija li kulħadd iżur speċjalment dawk li qegħdin jesperjenzaw Zakopane għal-ewwel darba. Tinstab fin-naħa tat-tramuntana, din l-għolja relattivament baxxa (għall-inqas meta mqabbla mal-qawwa tat-Tatras li jinsabu faċċata) toffri wħud mill-aktar veduti meraviljużi tal-wied. Li titla’ fuq din l-għolja hi esperjenza innifisha peress li tista’ tirkeb il-Funikular ta’ Gubalowka. Fil-quċċata, hemm diversi ‘viewing points’, bars, u anke xi għażliet biex tiekol waqt li tgawdi ix-xenarju.
Din l-attrazzjoni ma’ tistax tixtri jew tibbukja l-biljetti minn qabel. L-uffiċju tal-biljetti jinstab eżatt ħdejn il-funikular. Il-Prezz tal-funikular jiswa PLN24 (€5.50) li jkopri ż-żewġt vjaġġi biex titla’ u tinżel mill-għolja.
📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/7vWe2Ego4pV9ZXg27
Morskie Oko
Morskie Oko hi waħda mill-aktar lagi famużi fil-Polonja. Hi tinstab ġewwa l-Park Nazzjonali Tatra taħt serje ta ‘muntanji ( inkluż Rysy, l-ogħla quċċata fil-pajjiż). Morsi Oko hi famuża għas-sbuħija naturali tagħha u issa hi waħda mill-aktar postijiet popolari li wieħed iżur ġewwa u madwar il-belt ta’ Zakopane. Il-Biljett biex tidħol ġewwa t-Tatra National Park jiswa’ 8PLN (€1.86).
Għandek żewġt modi kif tista’ tmur lejn Morskie Oko mill-entratura tat-Tatra National Park. L-ewwel metodu hi mixja li iddum madwar satejn u nofs. Jekk tkun qiegħed iżżur Morskie Oko fix-xitwa u tixtieq tagħmel il-mixja, nirrakomandaw li tixtri ‘l-isnow chains’ mill-uffiċju tal-biljetti biex tevita li tiżloq tul il-mixja. It-tieni metodu hu li tuża t-trasport fuq karru taż-żwiemel li jtaffilek 90% tal-mixja pero xorta waħda ikun jonqsok 15 il-minuta mixi minn fejn iwaqfek il-karru taż-żwiemel għal Morskie Oko. Il-Prezz biex tirkeb il-karru taż-żwiemel għal traġit wieħed jiswa’ PLN90 (€20).
📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/gzF9e11VUXKoAPPUA
Kasprowy Wierch
Kasprowy Wierch hi waħda mill-muntanji ewlenin li tista’ tara fil-firxa ta’ quddiem tal-Muntanji Tatra fin-Nofsinhar ta ‘Zakopane. Hu l-aktar magħruf għall-funikular PKL li tasal sal-quċċata, ‘l-iskii runs’ u trakki tal-mixi.
Il-funikular ta’ Kasprowy hi bla dubju waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin f’Zakopane. Hi ħaġa meraviljuża li ttella’ lill-viżitaturi f’għoli ta’ 1,985 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar għal linja eżatt fuq il-fruntiera Slovakka. Ir-rikba nnifisha hi esperjenza mill-isbaħ.
L-ispiża ta ‘biljett bir-ritorn lejn il-quċċata ta’ Kasprowy fuq il-funikular bħalissa hi ta ‘129 PLN (madwar €30).
Il-Biljetti jistgħu jinxtraw onlajn billi żżur il-website https://www.pkl.pl/kasprowy-wierch/kasprowy-wierch-en.html (sfortunatament il-websajt hi bil-lingwa pollakka pero tista’ tagħżel il-lingwa Ingliża billi tagħfas fuq EN) jew mill-uffiċju tal-biljetti ħdejn il-funikular stess.
📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/scyV3eFVZwZstkwj9
Chocholow Thermal Pool Complex
Esperjenza l-famużi ‘Thermal Baths’ li jinsabu ġewwa l-belt ta’ Zakopane. L-akbar ‘thermal bath’ u l-aktar waħda popolari hi dik tal-kumpless Chocholow Thermal Pool.
Irrilassa fit-8 pixxini ta’ ilma termali b’temperatura pjaċevoli ta’ 36 grad Celsius. Gawdu għawma fil-pixxini ta’ ġewwa jew ta’ barra anke b’temperatura ta’ 36 grad Celsius. Jekk tkun qiegħed iżżur Zakopane fix-xitwa, żgur mgħandekx titlef l-opportunita li tgħum fil-pixxina ta’ barra waqt li t-temperatura tal-arja tkun -17 Grad Celcius.
Nipproponu l-attivita offruta minn Getyourguide minħabba l-fat li l-kumpless jinsab ftit il-bod miċ-ċentru ta’ Zakopane. F’din l-attivita ikollok inkluż il-biljett għat-Thermal Baths (validu għal 3 sijat) u t-trasport lmil-lukanda għal-kumpless Chocolow u lura. Importanti li ma’ tinsiex iġġib miegħek il-malja kif ukoll ix-xugaman.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Dawra fuq karru jew 'sleigh' miġbud minn żwiemel bi gwida lokali
Din l-esperjenza indimentikabbli se tgħaqqad is-seħer ta’ rikba tradizzjonali ta’ ‘sleigh’ mas-sbuħija tal-pajsaġġ tax-xitwa tal-Muntanji Tatra. Fix-xitwa tgawdi l-‘Sleigh Ride’ tas-silġ u fis-sajf tieħu rikba f’karru miġbud miż-żwiemel.
L-avventura tibda b’rides miġbudin miż-żwiemel fejn ikollok l-opportunità li tgawdi ix-xenarju tas-silġ u l-atmosfera ġenwina tax-xitwa jew tgawdi x-xemxl fil-miftuħ matul ir-rebbiegħa jew is-sajf. Barra minn hekk, il-parteċipanti jingħataw fjakkoli li jagħmlu l-atmosfera speċjali u indimentikabbli.
Mal-wasla tiegħek lura mid-dawra biż-żwiemel, issib ippreparata ħuġġieġa fejn ser ikollok iċ-ċans li dduq l-ispeċjalitajiet lokali fl-atmosfera komda ta’ nar, ferħ u ħbiberija.
Nipproponu l-attivita offruta minn Getyourguide minħabba r-raġuni li hemm inkluż it-trasport mal-prezz totali. Dan ifisser li ser ikollok t-trasport mill-lukanda għal attrazzjoni u lura.
AGĦŻEL L-AMMONT TA' BILJETTI, IL-ĠURNATA U L-LINGWA. AGĦFAS 'CHECK AVAILABILITY' BIEX TARA JEKK BAQAX BILJETTI.
Avventura bi Snowmobile
Esplora Zakopane u ara l-villaġġ Chocholow li fih djar tradizzjonali tal-injam mibnija fuq l-għoljiet. Ara il-kappelli tal-injam li huma storikament famużi. Skopri l-foresti miksija bis-silġ u esperjenza s-sewqan ta’ ‘Snowmobile’.
Bħala vjaġġa nirrakomandaw lil kumpanija Snowdoo. Minn esperjenza personali, f’każ li ma’ jkunx hemm silġ biżżejjed din il-kumpanija ma’ tikkanċellalekx l-attivita pero minflok tagħmel l-attivita bil-Quadbikes u żżur l-istess postijiet.
Importanti nirrimarkaw li ma’ joffrux servizz ta’ trasport mil-lukanda għal uffiċini tagħhom u lura. Bhekk importanti li taħsiblu sew biex tasal fil-ħin (imqar nofsija qabel ma’ tibda l-attivita).
L-Aktar mod faċli biex tmur għal uffiċini tagħhom hu billi tikri taxi jew inkella titla’ l-għolja Gubalowka bil-funikular u timxi’ 15 -il minuta (1.2 kilometri).
📌 Google Maps: https://maps.app.goo.gl/qK6BYDD6h8UKrmf36
Żuru l-websajt ta’ snowdoo biex tiskopru iżjed: https://www.snowdoo.pl/snowmobile-trips-2023-2024/
Nota Importanti: Għal din l-attivita ara li tieħu miegħek ġakketta tax-xita, xalla li ssaħħan u ngawnti minħabba l-fatt li l-kesħa tinħass iżjed waqt is-sewqan.
Husky Rides
Rikba fuq slitta tal-klieb tal-aġenzija Fun Dog. Esperjenza ta’ divertiment ta’ siegħa ma’ klieb husky. Int ikollok iċ-ċans li tirkeb fuq slitta tal-klieb li jmexxuk fuq korsa ta’ madwar 200 metru jew korsa itwal ta’ 2 kilometri. Is-sewwieq joqgħod fuq ir-runners filwaqt il- passiġġier joqogħdu bilqegħda komdi u jgawdu r-rikba. L-isbaħ ħaġa ta’ din l-attivita hi li ssuq it-tim tal-klieb tiegħek inti stess! Pero tinkwieta xejn, l-klieb tant huma intelliġenti u mdorrijin li jgħinu lil sewwieq mingħajr esperjenza.
Żuru l-website http://www.fundog.pl jew inkella ibatu email dirett fuq malgorzata.dudek@fundog.pl. Importanti li din tkun l-ewwel attrazzjoni li tibbukja minħabba li ħafna mid-drabi tkun totalment mimlija.